DAC 6 - Rappurtar tal-Arranġamenti Transkonfinali
Ħarsa Ġenerali Legali:
Id-DAC 6 emenda d-DAC biex jintroduċi l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ ċerti arranġamenti transkonfinali (CBA) li jippreżentaw indikazzjoni ta’ riskju potenzjali ta’ evitar tat-taxxa. Id-DAC 6 japplika għal arranġamenti tat-taxxa transkonfinali, li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-karatteristiċi distintivi speċifikati (xi drabi permezz ta’ Test tal-Benefiċċju Ewlieni), u li jikkonċernaw jew aktar minn pajjiż wieħed tal-UE jew pajjiż tal-UE u pajjiż mhux tal-UE. Dan jordna obbligu ta’ rappurtar għal dawn l-arranġamenti tat-taxxa jekk fl-ambitu. Biex tidentifika jekk CBA jaqax fl-ambitu tad-DAC 6, l-intermedjarju jew il-kontribwent, jeħtieġ li jivverifika jekk il-varjabbli li jappartjenu għall-arranġament jaqgħux fl-ambitu tal-karatteristiċi distintivi stabbiliti skont id-DAC6.
Id-DAC 6 daħal fis-seħħ, meta fil-25 ta’ Mejju 2018, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (“id-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva”) ġiet emendata mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 (“DAC 6”) dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli. Id-DAC 6, imbagħad, ġie implimentat fil-leġiżlazzjoni Maltija fil-25 ta’ Ġunju 2018, bis-saħħa ta’ AL 342 tal-2019 li emenda L.S. 123.127, intitolat Regolamenti dwar Koperazzjoni ma’ Ġurisdizzjonijiet Oħra fuq Kwistjonijiet ta’ Taxxa.
Reġistrazzjoni tad-DAC 6:
Jekk jogħġbok irreferi għall- Manwal tal-Utent dwar ir-Reġistrazzjoni u r-Rappurtar tad-DAC6, għal aktar dettalji li jappartjenu għal dan il-proċess, filwaqt li r-Reġistrazzjoni tista’ tinbeda billi ssegwi din il- Paġna tar-Reġistrazzjoni.
CBA Reports and Notifications Submissions:
Rapporti u Sottomissjonijiet ta’ Notifiki tas-CBA:
Ir-Rapporti tas-CBA għandhom jiġu sottomessi skont l-Iskema XML DAC6 għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli, u għal aktar gwida f’dan ir-rigward, jekk jogħġbok irreferi għall-Gwida tal-Utent tal-Iskema XML DAC6
Apparti dan, skont ir-Regolament 13(7)(e) tar-Regolamenti dwar il-Kooperazzjoni, intermedjarju huwa meħtieġ jissottometti Notifika tas-CBA, u jinnotifika lill-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli li fir-rigward tagħhom l-obbligu ta’ rappurtar ġie mgħoddi lil intermedjarju ieħor jew lill-kontribwent rilevanti. Il-Formola ta' Notifki Annwali trid titniżżel, dully filled and signed. Ladarba jitlestew, id-dokument tan-Notifiki flimkien mal-fajl Excel għandhom jintbagħtu lill-MTCA permezz ta’ email fuq [email protected].
Għall-avukati, in-nutara u l-prokuraturi legali affettwati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-694/20, m’għandu jkun hemm l-ebda obbligu li jiġu inklużi d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-kontribwent rilevanti jew ta’ intermedjarju ieħor li lilu ġie mgħoddi l-obbligu tar-rappurtar u n-numri tal-ID tal-Arranġament u tal-Iżvelar.
Skadenzi:
Ir-Rapporti tas-CBA għandhom jiġu sottomessi kull sena fi żmien 30 jum mill-ewwel data minn dawn:
In-Notifiki tas-CBA għandhom jintbagħtu kull sena sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar ta’ kull sena fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli fejn il-punt ta’ skattar tar-rappurtar ikun seħħ matul is-sena kalendarja preċedenti. L-ewwel waħda minn dawn in-notifiki għandha ssir sat-28 ta’ Frar 2022 fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli fejn il-punt ta’ skattar tar-rappurtar seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2021.
Għal aktar gwida dawr dan ta' hawn fuq, jekk jogħġbok irreferi ghal-Linji Gwida dwar l-Iskambju Awtomatiku Obbligatorju ta’ Informazzjoni fir-rigward ta’ Arranġamenti Transkonfinali (Verżjoni 1.2).
Barra minn hekk, irreferi wkol għal- Linji Gwida fir-rigward tar-rinunzja mill-mili ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ arranġament transkonfinali rapportabbli (DAC6),fir-rigward tal-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil- Kawża C-694/20.
Dettalji ta’ Kuntatt:
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected].
The form was submitted successfully!