Ċiklu tad-Dikjarazzjoni tal-VAT għal Negozji Żgħar
Sottomissjoni Online tad-dikjarazzjoni tal-VAT
Il-Kummerċjanti Waħdiena huma prinċipalment mħeġġa li jissottomettu d-Dikjarazzjoni tal-VAT tagħhom b’mod elettroniku billi jużaw il-kredenzjali tal-e-ID tagħhom. Il-Kummerċjanti Waħdiena li jissottomettu d-Dikjarazzjoni tal-VAT tagħhom online jistgħu jibbenefikaw minn skadenza itwal ta’ sottomissjoni/pagament, sa 7 ijiem mill-15-il jum tax-xahar (applikabbli biss għal Kummerċjanti Waħdiena rreġistrati skont l-Artikolu 10).
Il-Kummerċjanti Waħdiena jistgħu jagħżlu li jassenjaw il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT lil persuna fdata jew lil Prattikant tat-Taxxa rreġistrat. Aċċess għal persuna fdata li mhijiex Prattikant irreġistrat huwa li tissottometti l-formola MTCA03 min-naħa l-oħra, aċċess tal-VAT għal Prattikant irreġistrat huwa li jissottometti l-formola MTCA02.
Sottomissjoni u Pagamenti
Il-pagamenti jistgħu jsiru online 24/7
24 siegħa kuljum jew fi kwalunkwe Fergħa ta’ Maltapost, inklużi s-Sibtijiet madwar Malta u Għawdex.
Rendikonti tal-VAT
Ir-rendikonti tal-VAT mhumiex qed jiġu mibgħuta bil-posta flimkien mad-dikjarazzjoni tal-VAT lil kummerċjanti waħdiena/kumpaniji peress li dawn għandhom jiġu aċċessati online.
Aġġustament għad-Dikjarazzjoni tal-VAT
Jekk il-Kummerċjant Waħdieni jeħtieġ li jagħmel kwalunkwe emenda għad-dikjarazzjoni tal-VAT, jeħtieġ li timtela Formola ta' Aġġustament u tiġi sottomessa lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana.
The form was submitted successfully!