EKO fuq l-Akkomodazzjoni
Il-Gvern introduċa Kontribuzzjoni Ambjentali, magħrufa wkoll bħala Eko-Kontribuzzjoni biex din ittaffi u tikkumpensa għal attivitajiet li b’xi mod għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent lokali tagħna. Id-dħul iġġenerat jista’ mbagħad jiġi allokat għat-titjib tal-infrastruttura lokali u għall-investiment lura fi proġetti li jgħinu biex titjieb il-kwalità tal-ambjent lokali tagħna. Trid timtela dikjarazzjoni speċifika li tirrifletti l-ammont tal-eko-kontribuzzjoni mitluba u imposta fil-perjodu rispettiv u li mbagħad trid tiġi sottomessa lill-Amministrazzjoni għat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta. Ikklikkja fuq il-links li ġejjin biex issir taf aktar dwar meta għandha titħallas l-eko-kontribuzzjoni u kif, u liema obbligi ta’ konformità jridu jiġu ssodisfati mill-kontribwenti tat-taxxa f’Malta.
Il-Gvern introduċa Kontribuzzjoni Ambjentali fuq soġġorni f’kull tip ta’ akkomodazzjoni mill-20 ta’ Ġunju 2016. L-għan ewlieni ta’ din il-Kontribuzzjoni Ambjentali huwa li titjieb il-kwalità tul il-katina tal-valur tat-turiżmu. Fil-fatt, id-dħul kollu ġġenerat minn din l-inizjattiva se jkun immirat biss u esklussivament biex itejjeb u jsebbaħ l-infrastruttura lokali f’żoni turistiċi madwar il-Gżejjer Maltin.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok Ikklikkja Hawn
Għal-Linji Gwida dwar ir-reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni u l-pagament online, jekk jogħġbok Ikklikkja hawn
Leġiżlazzjoni dwar l-Eko-Kontribuzzjoni:
L-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni
Formoli elettroniċi tal-EKO Online:
The form was submitted successfully!