Authorisation to Act as a Customs Representative
Kwalunkwe persuna stabbilita fit-Territorju Doganali tal-Unjoni Ewropea u li għandha reġistrazzjoni EORI tista’ tapplika mal-awtoritajiet Doganali biex taġixxi bħala Rappreżentant Doganali skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Rappreżentant tad-Dwana huwa persuna li tista’ tinħatar minn persuna oħra biex twettaq l-atti u l-formalitajiet meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni doganali fin-negozjati tiegħu jew tagħha mal-awtoritajiet doganali.
Ir-rappreżentanza tista’ tkun jew Diretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali għandu jaġixxi f’isem persuna oħra, jew Indiretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali għandu jaġixxi f’ismu jew f’isimha stess iżda wkoll f’isem persuna oħra.
Meta rappreżentant ikun qed jippreżenta dikjarazzjoni doganali, huwa jew hija għandhom jiddikjaraw jekk ikunux qed jaġixxu bħala rappreżentant dirett jew indirett.
Ir-rappreżentanti doganali jridu jiżguraw li jkollhom is-setgħa li jaġixxu f’isem persuni oħra.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lill-persuni li jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentant doganali biex jipprovdu evidenza tas-setgħa tagħhom mill-persuna li qed jirrappreżentaw.
Persuni li jixtiequ jaġixxu bħala rappreżentant doganali jistgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni mad-dipartiment doganali u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Avviż Legali 14/2016
Aġġornat - 30.09.20
The form was submitted successfully!