Approvazzjoni minn Dipartimenti Oħra
Saħħa tal-pjanti
Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti huwa responsabbli għall-aspetti tas-saħħa tal-pjanti fl-arranġamenti tal-importazzjoni u l-esportazzjoni applikabbli għall-pjanti u l-materjal ta’ propagazzjoni tagħhom, il-pesti tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-materjal għat-tkabbir li jidħlu f’Malta. L-għan ta’ din il-ħidma huwa l-prevenzjoni primarjament tat-tixrid u l-introduzzjoni ta’ pesti ta’ kwarantina ta’ materjal tal-pjanti u tal-prodotti tal-pjanti, iżda wkoll ta’ pesti u mard li jaffettwaw il-kwalità ta’ dawn il-pjanti, u l-promozzjoni ta’ miżuri xierqa għall-kontroll tagħhom.
Għalhekk, l-oġġetti kollha li jeħtieġ li jiġu spezzjonati mid-direttorat tas-saħħa tal-pjanti jeħtieġu approvazzjoni mid-dipartiment iddikjarat sabiex id-Dwana tkun tista’ tirrilaxxa l-oġġetti f’ċirkolazzjoni libera.
Sir af aktar
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Malta Competition and Consumer Affairs Authority – MCCAA)
Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (Border Inspection Post – BIP)
Sabiex il-kunsinna tiegħek tiġi approvata mid-Dwana u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera jrid ikollok ċertifikat CVED (dokument veterinarju komuni għad-dħul) ivvalidat.
Id-Dipartiment tal-Kummerċ
Esportazzjoni ta’ Oġġetti li għandhom Użu Doppju
Esportazzjoni ta’ Tagħmir Militari
Esportazzjoni ta’ Oġġetti Oħra
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
L-oġġetti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 97 tan-Nomenklatura Magħquda (Xogħlijiet tal-Arti, Biċċiet tal-Kollezzjoni u Antikitajiet) jistgħu jirrikjedu l-approvazzjoni jew spezzjoni mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li t-tariffi tal-eżami tagħhom huma stabbiliti fl-L.S. 35.03 u CAP 445.
Ara wkoll il-Leġiżlazzjoni tal-Patrimonju Kulturali - https://schmalta.mt/legislation/# u https://schmalta.mt/movement-of-cultural-heritage-items/
Informazzjoni relatata mal-Brexit
Brexit - Id-Dipartiment
Brexit - UGEA001
CITES
CITES tirregola l-kummerċ internazzjonali f’kampjuni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi, jiġifieri l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid u l-importazzjoni ta’ annimali u pjanti ħajjin u mejtin, u ta’ partijiet u derivattivi tagħhom, abbażi ta’ sistema ta’ permessi u ċertifikati li jistgħu jinħarġu jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u li jridu jiġu ppreżentati qabel ma l-kunsinni tal-kampjuni jitħallew jitilqu minn pajjiż jew jidħlu fih.
Sir af iktar
Is-Segretarjat ta’ CITES ħareġ notifika lill-awtoritajiet tad-Dwana dwar il-moviment mhux awtorizzat ta’ kampjuni elenkati f’CITES minn diplomatiċi.
Sir af iktar
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi
Kodiċijiet NM li jirrikjedu l-Approvazzjoni tal-ERA – 13 ta’ Jannar 2010
Kodiċijiet NM li jirrikjedu l-Approvazzjoni tal-ERA – 7 ta’ Ottubru 2010
Rilaxx ta’ Sustanzi
The form was submitted successfully!