Kif timla d-Dikjarazzjonijiet Doganali
M: Nista’ nimla dikjarazzjoni Doganali għalija jew għal xi ħadd ieħor?
T: Il-Kummissarju jagħti permess lil kwalunkwe persuna li hija kapaċi twettaq tranżazzjonijiet ċivili tiddikjara merkanzija lid-Dwana permezz tas-Sistemi Nazzjonali ta’ Importazzjoni u Esportazzjoni (National Import and Export Systems, NIES) f’isimha stess jew f’isem partijiet terzi.
M. Għandi l-ħsieb li nitgħallem kif indaħħal dikjarazzjonijiet Doganali għall-Moduli tas-CES. L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta tipprovdi taħriġ għad-dikjaranti?
T. It-Taqsima tat-Taħriġ tad-Dipartiment tad-Dwana (email: [email protected] u/jew fuq in-numru tat-telefown (23783555) tipprovdi taħriġ għad-dikjaranti u huwa meħtieġ għan-NIES u l-Modulu Manifest.
M. Jiena skedat li nattendi sessjoni ta’ taħriġ. Kif nista’ nsib is-swali tat-Taħriġ tad-Dwana fil-Groupage Bonds Complex ta’ Ħal Far?
T. Inti u ssuq fit-Triq ta’ Ħal Far fid-direzzjoni lejn il-Malta Freeport, għaddi minn quddiem il-Barracks ta’ Ħal Far u l-ETC. Imbagħad eżatt qabel l-impjant tar-Riċiklaġġ għandek issib kemm il-parkeġġ kif ukoll id-Daħla Prinċipali tal-Groupage Bonds Complex ta’ Ħal Far. Is-swali tat-Taħriġ tad-Dwana jinsabu hemmhekk. (Ritratti hawn taħt għal referenza faċli)
The form was submitted successfully!