Taħriġ dwar is-Sistema Nazzjonali ta’ Importazzjoni (NIS)
L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta se tniedi Sistema Nazzjonali ta’ Importazzjoni (NIS) ġdida matul l-2017. Għalhekk, bi tħejjija għat-tnedija, it-Taqsima tat-Taħriġ fi ħdan l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta qed torganizza għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-kummerċjanti. Waqt it-taħriġ se tingħata informazzjoni adegwata u se jsiru sessjonijiet prattiċi dwar kif titħaddem is-sistema l-ġdida. Il-kummerċjanti interessati li jattendu dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni hawn taħt u jissottomettuha lit-Taqsima tat-Taħriġ tad-Dwana.