Ħaddiema Barranin
Bħala regola ġenerali, ċittadin barrani li jiġi minn pajjiż li miegħu Malta għandha Trattat ta’ Eżenzjoni mit-Tassazzjoni Doppja mhuwiex taxxabbli f’Malta fuq emolumenti ggwadanjati għal xogħol imwettaq f’Malta jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu kollha ssodisfati:
Jekk il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati, jew jekk il-ħaddiem barrani jiġi minn pajjiż mhux inkluż fit-trattat, kwalunkwe introjtu miksub mix-xogħol imwettaq f’Malta jkun taxxabbli f’Malta. Jekk il-ħaddiem ikun preżenti f’Malta għal aktar minn 183 jum f’perjodu ta’ 12-il xahar, huwa jiġi intaxxat skont ir- Rata tat-Taxxa tar-Residenza, skont jekk ikunx Persuna Waħedha, Miżżewweġ jew Ġenitur.
Jekk il-ħaddiem barrani jkun f’Malta għal 183 jum jew inqas f’perjodu ta’ 12-il xahar, allura huwa jkun taxxabbli f’Malta fuq l-emolumenti miksuba bir- Rata tat-Taxxa għal Persuni Mhux Residenti.
Kwalunkwe persuna li tiġi minn pajjiż tal-UE biex twettaq servizzi professjonali jew attivitajiet oħra ta’ natura indipendenti hija taxxabbli f’Malta fuq l-introjtu miksub f’Malta jekk:
L-introjtu miksub minn dawn l-attivitajiet f’Malta huwa intaxxat bir-rati li ġejjin, skont jekk il-persuna titqiesx bħala Residenti jew Mhux Residenti.
The form was submitted successfully!