Informazzjoni Ġenerali dwar it-Taxxa
Causa Mortis
Causa Mortis għandha x’taqsam mas-suċċessjoni ta’ proprjetà immobbli minn persuna mejta. Is-suċċessjoni ta’ proprjetà immobbli għandha ssir permezz ta’ att tad-Dikjarazzjoni ta’ Causa Mortis ippubblikat minn Nutar Pubbliku u rreġistrat kif xieraq fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta.
Kull werriet jista’ jmur għand Nutar Pubbliku u jagħmel dikjarazzjoni ta’ Causa Mortis għas-sehem tiegħu biss. Il-werrieta mhumiex obbligati jagħmlu d-dikjarazzjoni ta’ Causa Mortis flimkien. Id-dikjarazzjoni ta’ Causa Mortis għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-werrieta li tiddikjara l-valur veru ta’ kull proprjetà, jew sehem minnha, li tkun qed tiġi ttrasferita lilhom.
It-taxxa tal-boll li għandha titħallas fuq dikjarazzjonijiet ta’ Causa Mortis hija rregolata mill-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti. Biex wieħed jibbenefika minn rimborżi fuq it-taxxa tal-boll, att ta’ Causa Mortis irid jiġi konkluż fi żmien sitt xhur mid-data tal-mewt. In-nuqqas ta’ konklużjoni tal-att ta’ Causa Mortis fi żmien sena mid-data tal-mewt iwassal biex jiġu imposti interessi fuq l-ammont ta’ taxxa dovuta bir-rata ta’ 8% fis-sena.
Bħal fi trasferimenti magħmula permezz ta’ Inter Vivos, it-trasferimenti ta’ Causa Mortis huma soġġetti wkoll għall-verifika tas-soltu mill-assessuri tad-dipartiment u bord dipartimentali intern biex tiġi stabbilita l-korrettezza tal-kalkoli u l-valuri attribwiti għall-proprjetà immobbli li qed tiġi ttrasferita.
The form was submitted successfully!