M. Liema brawżers tal-internet huma kompatibbli mas-Sistema Nazzjonali ta’ Importazzjoni (NIS)? T. Microsoft Edge, Google Chrome, Firefox u Safari huma kollha kompatibbli mal-NIS.
M. X’inhi r-riżoluzzjoni tal-wisa’ ppreferuta meta tintuża s-Sistema Nazzjonali ta’ Importazzjoni (NIS)? T. Ir-riżoluzzjoni tal-wisa’ ppreferuta hija 1280px.
M. Kif tista’ tiġi aġġustata r-riżoluzzjoni tal-iskrin? T. Biex taġġusta r-riżoluzzjoni tal-iskrin segwi dawn il-passi:
Ikklikkja fuq il-lemin fuq id-desktop u kklikkja fuq Screen resolution.
Agħżel mil-lista li tinżel tar-Riżoluzzjoni dik li tidher l-aħjar fuq l-iskrin tiegħek. Il-wisa’ hija l-ewwel numru tar-riżoluzzjoni.
M. Kif nista’ nissettja l-cache tal-brawżer biex jitnaddaf awtomatikament ladarba ngħalaq il-brawżer T. Dawn li ġejjin huma links għal istruzzjonijiet dwar kif tissettja kull brawżer biex inaddaf il-cache tiegħu awtomatikament: