Gate Passes
SISTEMA DIĠITALIZZATA TA’ GATE PASS GĦALL- KUNSINNI LI JOĦORĠU MIT-TERMINALS TAL-FREEPORT TA’ MALTA
L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta se tkun qed tiddiġitalizza l-Gate Pass tal-Kontejners li joħorġu mit-Terminals tal-Freeport ta’ Malta. Il-Gate Pass se jintalab permezz tas-Sistema Nazzjonali ta’ Importazzjoni (NIS) mill-Operatur Ekonomiku li jkun ippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni, id-dikjarazzjoni tas-sisa jew li jkollu l-ID tad-Dokument tat-Trasport (TD ID) f’każ ta’ merkanzija komunitarja mhux soġġetta għas-sisa. Il-modulu l-ġdid tal-Gate Passes se jkun disponibbli mid-29 ta’ Awwissu 2022.
Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjoni jew tas-Sisa
L-istatus tad-dikjarazzjoni tal-Importazzjoni jew tas-Sisa jrid jkun jew MAGĦŻUL GĦALL-KONTROLL jew MERKANZIJA RILAXXATA biex is-sistema taċċetta talba għal Gate Pass. F’każ li jkunu dovuti xi taxxi, is-sistema tħeġġeġ lir-rappreżentant biex jipprovdi n-numru ta’ Referenza tal-Ħlas ta’ Sospensjoni.
L-Operaturi Ekonomiċi jridu jinfurmaw lit-Taqsima tas-Servizzi tal-Klijenti biex jibbukkjaw l-ispezzjoni ta’ kontejners MAGĦŻULA GĦALL-KONTROLL. Min-naħa l-oħra, kontejners soġġetti għas-sisa bi Status C iridu jiġu bbukkjati fit-Taqsima tas-Sisa rispettiva. In-nota tad-dispaċċ m’għadhiex meħtieġa.
Merkanzija Komunitarja mhux soġġetta għas-sisa
Fil-każ tal-merkanzija komunitarja mhux soġġetta għas-sisa, l-Istatus T tal-merkanzija jrid ikun jew C jew T2L u d-Dokument tat-Trasport irid ikun diġà ġie aċċettat fiż-żona Doganali. L-utent jiġi mitlub itella’ kopja skennjata tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni meta jissottometti t-talba tal-Gate Pass. It-Taqsima tas-Servizzi tal-Klijenti teżamina d-dokument imtella’ u tapprova t-talba jew inkella tirrifjutaha.
L-utent imbagħad jibgħat il-Gate Pass billi jdaħħal l-indirizz tal-email tar-riċevitur li se jkun qed jiġbor il-kontejner. Is-sistema tibgħat awtomatikament email lir-riċevitur. Il-Gate Pass jista’ jiġi stampat ukoll. Il-Gate Pass huwa validu għal għaxart (10) ijiem li warajhom tista’ tintalab estensjoni.
Kull meta Kontejner ikun jeħtieġ li jiġi skennjat, il-messaġġ tal-iskennjar TO BE SCANNED jiġi stampat fuq il-Gate Pass. It-trasportatur għandu jipproċedi lejn it-Taqsima tal-Iskennjar qabel joħroġ mill-bieb. Il-messaġġ tal-iskennjar jista’ jibqa’ jiġi aġġornat sakemm il-Kontejner ikun Ħareġ.
It-trasportatur irid jippreżenta jew il-Gate Pass stampat jew jipprovdi l-Gate Pass fuq il-mobile fil-bieb. L-Assistent tal-Bieb se jitlob in-Numru tal-Karta tal-Identità tat-Trasportatur u n-Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura u jagħti struzzjonijiet lit-trasportatur dwar kif għandu jipproċedi.
Biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien, huwa essenzjali li n-numri tal-kontejner u kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta jkunu korretti.
L-utenti huma mitluba jsegwu l-linji gwida tas-sistema fuq is-sit web tal-MTCA hawnhekk.
Jekk ikunu jeħtieġu xi għajnuna, l-utenti huma mħeġġa jkellmu lill-Customer Care (Gate Passes) għall-għajnuna (email: [email protected]).
Il-gate passes attwali se jibqgħu disponibbli sal-25 ta’ Settembru 2022; wara din id-data, il-gate passes il-ġodda biss ikunu validi.
Mistoqsijiet Frekwenti
M. Hemm bżonn ta’ Gate Pass biex tittrasferixxi Kontejner mit-Terminals tal-Freeport għall-Groupage Complex ta’ Ħal Far?The form was submitted successfully!