Faċilitajiet għal-Pagamenti
Id-Differenza Sinjifikanti bejn Ħlasijiet Onlajn u Ħlasijiet Bankarji bl-Internet
Il-faċilità tal-ħlas onlajn hija l-metodu prinċipju 24/7 biex isiru l-ħlasijiet favur id-Dipartiment tad-Dwana u hija tassew effiċjenti minħabba l-fatt li hija aktar sempliċi u ta’ benefiċċju għall-operaturi ekonomiċi. Meta jużaw is-sistema ta’ ħlas onlajn, l-operaturi ekonomiċi jużaw websajt speċifikament għal dan il-għan u jiġu pprovduti minnufih bl-irċevuta tal-ħlas tagħhom u jistgħu jipproċessaw id-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni tagħhom f’ħin reali.
Sal-lum, is-Sistema ta’ Ħlas Onlajn tad-Dwana hija disponibbli għall-benefiċċju tal-klijenti tal-
Bank of Valletta plc u l-HSBC Bank Malta plc.
In-negozjanti kollha, li m’għandhomx aċċess għal din il-websajt tal-Ħlas Onlajn, huma għalhekk imħeġġa japplikaw. Għal skopijiet ta’ applikazzjoni u assistenza ta’ natura purament teknika, l-operaturi ekonomiċi huma mitluba jikkomunikaw mat-Taqsima tal-Kompjuter fuq l-indirizz elettroniku [email protected].mt jew in-numri tat-telefon 23783088/23783084. Għal assistenza ġenerali b’rabta mat-tranżazzjoni meħtieġa, għandha ssir komunikazzjoni mat-Taqsima tad-Dħul (Dwana), fuq l-indirizz elettroniku [email protected].mt jew in-numru tat-telefon 23783295.
Bħala sistema temporanja tranżitorja, kumplimentari għas-Sistema ta’ Ħlas Onlajn, id-Dipartiment tad-Dwana joffri wkoll faċilitajiet ta’ banking bl-internet, sal-lum, mal-banek li ġejjin:
APS Bank plc; Bank of Valletta plc; BNF Bank; HSBC Bank Malta plc; u Lombard Bank plc.
Filwaqt li l-kontijiet bankarji tad-Dipartiment tad-Dwana, għal pagamenti permezz tal-internet banking, jistgħu jiġu aċċessati hawn, l-operaturi ekonomiċi huma meħtieġa li jdaħħlu b’mod korrett id-dettalji tal-kont bankarju rispettiv, li jikkorrispondu man-natura tal-ħlas, jiġifieri:
Jew
Jew
The form was submitted successfully!