Jekk il-mejjet kellu xi proprjetà immobbli jew ishma f’Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata allura għandek iżżur lin-Nutar tiegħek; jekk le, m’għandekx għalfejn tmur għand in-nutar tiegħek.
2) Iwritt proprjetà, x’għandi nagħmel issa?
Għandu jiġi ingaġġat nutar pubbliku biex ifassal att pubbliku dwar it-trasferiment ta’ proprjetà mill-mejjet għall-werrieta.
3) Kemm hija t-taxxa/dazju fuq Causa Mortis?
5% fuq proprjetà immobbli. Madankollu, hemm eżenzjonijiet u rimborżi li wieħed għandu jikkunsidra meta tiġi kkalkulata t-taxxa fuq causa mortis. Dan għandu jinħadem minn Nutar.
4) Il-konjuġi superstiti ma jħallsux taxxa fuq is-sehem tagħhom tad-dar ta’ residenza.
Mill-01/01/2013, proprjetà li tintiret minn ulied li tkun intużat bħala residenza mill-ġenituri tagħhom għall-aħħar tliet snin, hija eżentata mit-taxxa, bil-kundizzjoni li l-att isir fi żmien sena mill-mewt tal-mejjet. Jekk tgħaddi sena, it-taxxi għandhom jiġu imposti. Jiġifieri, hemm eżenzjoni tal-ewwel €35,000 għal sehem sħiħ u l-bqija jiġi impost b’5% għal kull eredi.
Fuq il-proprjetà immobbli kollha hemm rimborż ta’ €250 jekk it-taxxa totali ta’ kull werriet ma taqbiżx €2,300 u l-att isir fi żmien sitt xhur mill-mewt tal-mejjet.
Jekk il-werrieta jgħixu fi kwalunkwe waħda mill-proprjetà li tintiret, l-ewwel Euro 150,000 jiġu imposti bi 3.5%.
Fil-każ ta’ użufruttwarji, it-taxxa tal-boll tinħadem skont l-età tagħhom.
5) X’inhuma l-interessi fuq att tardiv ta’ causa mortis?
Wara li tgħaddi sena, ikun hemm interessi ta’ 8% fuq it-taxxa dovuta għal kull sena.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.