Tariffi u Imposti
Servizzi mogħtija fuq Talba tan-Negozjant
Kull Formola 12 għandha tindika l-isem u l-firma tan-negozjant; id-data, il-ħin u l-post eżatti tal-attendenza attwali; l-isem tal-uffiċjal(i) li effettivament ipprovda/ipprovdew is-servizz(i); kif ukoll in-Numru(i) ta’ Referenza Lokali rilevanti (LRN – numru uniku ta’ identifikazzjoni) tal-kunsinni li kienu kkontrollati matul is-servizz speċifiku. Meta jingħata servizz għal kunsinni mhux koperti minn LRN, għandu jiġi elenkat kwalunkwe numru ta’ dokument rilevanti ieħor jew numru tal-kontejner li jappartjeni għal dak is-servizz.
Kif previst ukoll fir-Regolament 35 tal-L.S. 37.05, id-Direttur Ġenerali (tad-Dwana) biss għandu jiddeċiedi dwar in-numru ta’ Uffiċjali Doganali li jwettqu servizzi fuq talba tan-negozjant. L-għadd ta’ uffiċjali assenjati għas-servizzi speċifiċi huwa kif ġej:
The form was submitted successfully!