TA 26 – Ħlas ta’ rata ta’ taxxa ta’ 7.5% għal Prattikanti Kreattivi
Dan il-formola għandha tintuża minn persuna li taħdem għal rasha u li tagħżel li tħallas taxxa bir-rata ta’ 7.5% fuq Income miksub minn attività artistika full-time jew part-time. Ir-rata ta’ taxxa ta’ 7.5% għandha tapplika mis-sena bażi 2026 sa nett ta’ €50,000. Meta tiġi applikata din l-għażla, il-bqija tal-Income għandu jiżdied ma’ sorsi oħra ta’ Income u jiġi ntaxxat bir-rati progressivi applikabbli.
It-taxxa hija finali u ma jista’ jintalab ebda tnaqqis jew rifużjoni fir-rigward ta’ din it-taxxa.
Il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard mit-30 ta’ April tas-sena ta’ wara s-sena relevanti. Imgħax bir-rata ta’ 0.6% fix-xahar jiġi impost fuq kwalunkwe ħlas li jsir tard.
L-income jitqies bħala income miksub minn attività artistika jekk ikun ġie ċċertifikat bħala tali mill-Arts Council Malta. Din l-approvazzjoni għandha tiġi mehmuża mal-formola online TA26 li tkun qed tiġi sottomessa.
Ikklikkja hawn biex tipproċedi bis-sottomissjoni u l-ħlas tat-TA26 tiegħek.
The form was submitted successfully!