Taxxa Korporattiva
Din it-taqsima dwar it-Taxxa Korporattiva tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet tat-taxxa li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom mill-bidu tal-kumpanija sa meta l-kumpanija titneħħa mir-reġistru.
Meta l-kumpaniji jiġu intaxxati bir-rata standard ta’ 35%, wara d-distribuzzjoni tad-dividendi, l-azzjonisti huma intitolati għal rifużjoni ta’ parti mit-taxxa jew tat-taxxa kollha mħallsa mill-kumpanija. L-għan ta’ din is-sistema ta’ imputazzjoni huwa li tiġi eliminata kwalunkwe tassazzjoni doppja li tista’ tinħoloq fuq id-distribuzzjoni ta’ tali dividendi. Għalhekk il-profitti tal-kumpanija se jkunu soġġetti għat-taxxa fil-livell korporattiv biss.
The form was submitted successfully!