Informazzjoni għal Vjaġġaturi dwar Dikjarazzjoni ta’ Flus Kontanti
KONTROLLI TAL-FLUS KONTANTI
X’inhuma r-regoli?
Jekk qed tippjana li tidħol f’Malta, titlaq minn Malta jew tgħaddi minn Malta b’€10,000 jew aktar fi flus kontanti (jew l-ekwivalenti tagħhom f’muniti oħra inklużi prodotti użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur) trid tiddikjarahom lill-awtoritajiet doganali.
Min għandu jiddikjara?
Kwalunkwe persuna li tidħol f’Malta jew toħroġ minn Malta, jew li tgħaddi minn Malta u tkun qed iġġorr somma ekwivalenti għal €10,000 jew aktar fi flus kontanti għandha tkun obbligata li tiddikjara tali somma lill-Kontrollur, LS 233.07
Barra minn hekk, kwalunkwe somma ta’ flus kontanti mhux akkumpanjata tal-valur ta’ għaxart elef euro (€10,000) jew aktar li tkun qed tidħol f’Malta, toħroġ minn Malta, jew tgħaddi minn Malta, għandha tiġi ddikjarata lill-Kummissarju mill-mittent jew mir-riċevitur, jew minn rappreżentant f’isem ir-riċevitur, fi żmien tletin (30) jum mid-data meta l-Kummissarju jitlob dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni.
X’inhuma flus kontanti?
Il-flus kontanti mhumiex biss il-munita. Hemm oġġetti oħra li jitqiesu bħala flus kontanti. Fir-“Regolament dwar il-kontroll tal-flus kontanti” (ara l-Artikolu 2 ta’ (UE) 2018/1672)
Il-flus kontanti huma definiti bħala:
(a) munita;
(b) l-istrumenti negozjabbli għall-portatur;
(ċ) il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur; u
(d) il-kards bi ħlas antiċipat;
Kif tiddikjara?
Jekk tidħol f’Malta jew toħroġ minn Malta, jew tgħaddi minn Malta b’€10,000 jew aktar fi flus kontanti, trid tiddikjarahom lid-Dwana. Trid tuża l-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Flus Kontanti tal-UE speċifika.
The form was submitted successfully!