Manifattura u Importazzjoni ta’ Prodotti tat-Tabakk
X’għandek tagħmel mill-20 ta’ Mejju 2019 jekk timmanifattura jew timporta prodotti tat-tabakk fl-UE.
Werrej
1. Stokk eżistenti
2. Poġġi l-elementi ta’ sigurtà fuq l-imballaġġ
3. Ikseb l-IDs għan-negozju tiegħek
4. Poġġi l-UIDs fuq l-imballaġġ
5. Żomm rekord tal-bejgħ
6. Skennja l-prodotti tiegħek
7. Ikseb apparat kontra t-tbagħbis
8. Ikseb ħżin tad-data
9. Ipprovdi tagħmir tal-iskennjar
10. Trasport u trasbord
Minn Mejju 2024, dan se japplika għall-prodotti kollha li fihom it-tabakk.
Stokk eżistenti
M’hemmx għalfejn ikollok elementi ta’ sigurtà jew UIDs fuq l-imballaġġ tas-sigaretti jew tat-tabakk tal-brim li:
Dawn jistgħu jibqgħu jiċċirkolaw liberament sal-20 ta’ Mejju 2020 – wara dan il-perjodu, jeħtieġ li jkunu konformi mar-regoli f’din il-gwida.
Poġġi l-elementi ta’ sigurtà fuq l-imballaġġ
Trid issib fornituri ta’ 5 elementi speċifiċi ta’ sigurtà li jridu jkunu fuq l-imballaġġ ta’ kull pakkett individwali tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim.
Ikseb l-IDs għan-negozju tiegħek
Trid tirreġistra mal-emittent tal-ID biex tikseb:
Dawn l-IDs huma bla ħlas.
Poġġi l-UIDs fuq l-imballaġġ
Għall-prodotti tiegħek, jeħtieġ li tikseb:
Dawn trid tikkodifikahom f’barcodes u tpoġġihom fuq l-imballaġġ tal-prodotti tat-tabakk tiegħek.
Speċifikazzjonijiet tal-UID aggregati
Il-UIDs aggregati jridu jissodisfaw wieħed mill-istandards li ġejjin (jew l-ekwivalenti l-aktar reċenti tagħhom):
Żomm rekord tal-bejgħ
Jeħtieġ li żżomm rekord meta, għal prodott speċifiku, inti:
Trid tibgħat din l-informazzjoni lir-repożitorju tad-data tiegħek fi żmien 24 siegħa. Dan il-perjodu ta’ ħin se jinbidel għal 3 sigħat mill-20 ta’ Mejju 2028.
Aktar informazzjoni dwar dan se tiġi ppubblikata hawn.
Skennja l-prodotti tiegħek
Trid tiskennja l-prodotti tiegħek meta:
Ikseb apparat kontra t-tbagħbis
Sal-20 ta’ Mejju 2019 irid ikollok apparat kontra t-tbagħbis installat fuq il-linja tal-produzzjoni tiegħek, sakemm:
L-apparat irid jivverifika li l-UIDs tal-pakketti individwali ġew applikati b’mod korrett u jistgħu jiġu skennjati. Dan irid jirreġistra din l-informazzjoni jew permezz ta’ vidjow jew permezz ta’ reġistru li ma jistax jiġi modifikat.
Trid terġa’ tapplika UID ta’ pakkett individwali jekk l-apparat jikkonferma li:
L-informazzjoni rreġistrata mill-apparat kontra t-tbagħbis trid:
Il-fornitur tal-apparat kontra t-tbagħbis irid jissodisfa ċerti kriterji sabiex jiġi żgurat li dan ikun qed jopera b’mod indipendenti mill-industrija tat-tabakk.
Jekk il-fornitur tiegħek tal-apparat kontra t-tbagħbis ma jibqax jissodisfa dawn il-kriterji, id-Dipartiment tad-Dwana se jinfurmak dwar il-perjodu ta’ żmien li għandek biex:
Ikseb ħżin tad-data
Trid tqabbad fornitur tal-ħżin tad-data, fejn ikunu se jinħażnu l-UIDs u l-movimenti rreġistrati tal-prodotti tiegħek.
Il-fornitur tal-ħżin tad-data jrid jissodisfa ċerti kriterji sabiex jiġi żgurat li dan ikun qed jopera b’mod indipendenti mill-industrija tat-tabakk.
Trid tgħid lill-Kummissjoni Ewropea liema fornitur tal-ħżin tad-data beħsiebek tuża, peress li din tkun trid tapprovah.
Qabbad awditur
Trid tqabbad awditur indipendenti biex jiċċekkja li r-repożitorju tad-data tiegħek qed jipproteġi d-data kif suppost.
L-awditur ikun irid jiġi approvat mill-Kummissjoni, u jrid jibagħtilha rapporti annwali.
Ipprovdi tagħmir tal-iskennjar
Inti trid tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tiegħek, sal-ewwel bejjiegħ bl-imnut, b’tagħmir u software li:
Trasport u trasbord
WerrejGħas-sigaretti u t-tabakk tal-brim li se timmanifattura jew timporta fl-UE mill-20 ta’ Mejju 2019, se jkollok bżonn tikseb:
Din il-gwida se tiġi aġġornata meta tkun tista’ tixtri l-UIDs.
Il-UIDs li tixtri jew tiġġenera jkunu kodiċijiet ta’ ittri u numri. Minn dawk il-kodiċijiet trid toħloq barcodes li jistgħu jiġu skennjati u tpoġġihom fuq l-imballaġġ tal-prodotti tat-tabakk tiegħek.
Xi trid tpoġġi fuq l-imballaġġ
Sabiex il-prodotti tiegħek ikunu jistgħu jiġu skennjati f’ċerti punti fil-katina tal-provvista, inti:
Tista’ żżid “TTT” ħdejn il-barcode tal-UID biex tagħrafhom minn barcodes oħra fuq l-imballaġġ.
Trid tpoġġi wkoll fuq l-imballaġġ kodiċi li jista’ jinqara mingħajr l-użu tat-tagħmir. Jekk ikun possibbli, dan għandu jitqiegħed maġenb il-barcode tal-UID fuq l-imballaġġ.
Eżempji ta’ dak li jista’ jiġi kklassifikat bħala “imballaġġ aggregat” jinkludu:
Speċifikazzjonijiet tal-UID aggregati
Jekk tiġġenera l-UIDs aggregati tiegħek stess, dawn iridu jissodisfaw wieħed mill-istandards li ġejjin (jew l-ekwivalenti l-aktar reċenti tagħhom):
Werrej
Il-kumpanija tiegħek u s-sottokuntratturi tagħha jridu joperaw b’mod indipendenti mill-industrija tat-tabakk biex:
Il-kumpanija tiegħek hija responsabbli biex tiżgura li s-sottokuntratturi tagħha jissodisfaw il-kriterji stabbiliti hawn.
Struttura
Il-forma legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija tiegħek jridu ikunu indipendenti mill-industrija tat-tabakk.
Il-kumpanija tiegħek ma tistax tkun taħt kontroll dirett jew indirett tal-industrija tat-tabakk, inkluż il-parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja.
Finanzi
Fis-sentejn qabel il-kumpanija tiegħek tibda tipprovdi repożitorji tad-data jew tagħmir kontra t-tbagħbis, inqas minn 10% tal-fatturat annwali tiegħek madwar id-dinja (eskluża l-VAT u taxxi indiretti oħra) jista’ jiġi minn prodotti u servizzi fornuti lill-industrija tat-tabakk.
Wara li l-kumpanija tiegħek tibda tipprovdi repożitorji tad-data jew tagħmir kontra t-tbagħbis, inqas minn 20% tal-fatturat annwali tiegħek madwar id-dinja (eskluża l-VAT u taxxi indiretti oħra) jista’ jiġi minn prodotti u servizzi pprovduti lill-industrija tat-tabakk.
Maniġment
Il-membri tal-bord tad-diretturi, u kull min hu responsabbli għall-ġestjoni tal-kumpanija tiegħek, ma għandu jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess mal-industrija tat-tabakk, inkluż:
li ħadmu fl-industrija tat-tabakk fl-aħħar 5 snin
li jkunu influwenzati minn xi interessi monetarji jew mhux monetarji mill-industrija tat-tabakk, miżmuma minnhom stess jew mis-sieħeb, il-konjuġi jew il-qraba diretti tagħhom, inklużi stokks u pensjonijiet
Werrej
Mill-20 ta’ Mejju 2019, kull pakkett individwali tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim immanifatturat jew importat fl-UE (ħlief għall-istokk eżistenti) irid:
Minn Mejju 2024, dan se japplika għall-prodotti kollha li fihom it-tabakk.
X’għandek tagħmel
Jeħtieġ li tiskennja l-prodotti tat-tabakk meta “tittrasbordahom” – meta tmexxihom minn vettura għal oħra.
Jekk tittrasporta l-prodotti biss u ma tmexxihomx minn vettura għal oħra, m’għandekx għalfejn tiskennjahom.
Biex il-moviment tal-prodotti jiġi kklassifikat bħala trasbord, trid tkun taf id-destinazzjoni finali tagħhom meta tneħħihom mill-vettura.
Il-prodotti mhux bilfors iridu jitpoġġew immedjatament f’vettura oħra, iżda jrid ikun hemm in-nies jew il-vetturi mal-prodotti f’kull ħin sakemm dawn jitpoġġew f’vettura oħra.
Trid tiskennja l-prodotti sa 24 siegħa qabel it-trasbord (qabel ma jitqiegħdu f’vettura oħra). Mill-20 ta’ Mejju 2028, trid tiskennjahom sa 3 sigħat qabel.
Kif tikseb it-tagħmir tal-iskennjar
L-importatur jew il-manifattur tal-prodotti jrid jipprovdilek tagħmir biex tiskennjahom. Inti għandek tistaqsih għal aktar informazzjoni jekk ma jikkuntattjakx.
Speċifikazzjonijiet tal-barcode tal-UID
Il-UIDs individwali u aggregati jridu jiġu kkodifikati f’mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ barcodes li ġejjin:
| Barcode | Tip ta’ UID | Speċifikazzjonijiet | Standard ISO |
| Matriċi tad-Data | Individwali u aggregat | Detezzjoni u korrezzjoni ta’ erruri ekwivalenti għal jew ogħla minn dawk tal-Matriċi tad-Data ECC200. | ISO/IEC 16022:2006 |
| Kodiċi QR | Individwali u aggregat | Kapaċità ta’ rkupru ta’ madwar 30% bil-livell ta’ korrezzjoni tal-erruri H. | ISO/IEC 18004:2015 |
| DotCode | Individwali | Detezzjoni u korrezzjoni tal-erruri ekwivalenti għal jew ogħla minn dawk ipprovduti bl-algoritmu ta’ korrezzjoni tal-erruri Reed-Solomon, bin-numru ta’ karattri ta’ verifika (NC) ugwali għal 3 flimkien man-numru ta’ karattri tad-data (ND) diviżi bi 2 (NC = 3 + ND/2). | L-Ispeċifikazzjoni tas-Simboloġija tad-DotCode tal-ISS ippubblikata mill-Assoċjazzjoni għall-Identifikazzjoni Awtomatika u l-Mobilità (AIM) fir-reviżjoni 3.0, Awwissu 2014. |
| Kodiċi 128 | Aggregat | Detezzjoni tal-erruri ekwivalenti għal jew ogħla minn dik ipprovduta bl-algoritmu bbażat fuq il-parità tal-karattri bejn in-numri farrada u mhux u bejn il-bar u l-ispazju u fuq il-karattru tal-verifika. | ISO/IEC 15417:2007 |
Trid tiżgura li l-kwalità tal-barcodes tkun ikklassifikata mill-inqas 3.5 skont l-ISO/IEC 15415:2011.
Werrej
Il-kumpanija tiegħek u s-sottokuntratturi tagħha jridu joperaw b’mod indipendenti mill-industrija tat-tabakk biex:
Il-kumpanija tiegħek hija responsabbli biex tiżgura li s-sottokuntratturi tagħha jissodisfaw il-kriterji stabbiliti hawn.
Struttura
Il-forma legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija tiegħek iridu jkunu indipendenti mill-industrija tat-tabakk.
Il-kumpanija tiegħek ma tistax tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-industrija tat-tabakk, inkluż permezz ta’ ishma minoritarji.
Finanzi
Fis-sentejn qabel ma l-kumpanija tiegħek tibda tipprovdi repożitorji tad-data jew tagħmir kontra t-tbagħbis, inqas minn 10% tal-fatturat annwali tiegħek madwar id-dinja (esklużi l-VAT u taxxi indiretti oħra) irid ikun ġej minn prodotti u servizzi fornuti lill-industrija tat-tabakk.
Wara li l-kumpanija tiegħek tibda tipprovdi repożitorji tad-data jew tagħmir kontra t-tbagħbis, inqas minn 20% tal-fatturat annwali tiegħek madwar id-dinja (esklużi l-VAT u taxxi indiretti oħra) irid ikun ġej minn prodotti u servizzi fornuti lill-industrija tat-tabakk.
Maniġment
Il-membri tal-bord tad-diretturi u kwalunkwe persuna oħra responsabbli għall-ġestjoni tal-kumpanija tiegħek, ma jrid ikollhom l-ebda kunflitt ta’ interess mal-industrija tat-tabakk, inkluż:
Werrej
Mill-20 ta’ Mejju 2019, kull pakkett individwali tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim immanifatturat jew importat fl-UE (ħlief għall-istokk eżistenti) irid:
Minn Mejju 2024, dan se japplika għall-prodotti kollha li fihom it-tabakk.
X’għandek tagħmel
Trid tiskennja l-prodotti tat-tabakk waqt il-proċess tat-“trasbord” – meta tmexxihom minn vettura għal oħra.
Jekk tittrasporta l-prodotti biss u ma tmexxihomx minn vettura għal oħra, m’għandekx għalfejn tiskennjahom.
Biex il-moviment tal-prodotti jiġi kklassifikat bħala trasbord, trid tkun taf id-destinazzjoni finali tagħhom meta tneħħihom mill-vettura.
Il-prodotti mhux bilfors iridu jitpoġġew immedjatament f’vettura oħra, iżda jrid ikun hemm in-nies jew il-vetturi mal-prodotti f’kull ħin sakemm dawn jitpoġġew f’vettura oħra.
Trid tiskennja l-prodotti sa 24 siegħa qabel it-trasbord (qabel ma jitqiegħdu f’vettura oħra). Mill-20 ta’ Mejju 2028, trid tiskennjahom sa 3 sigħat qabel.
Kif tikseb it-tagħmir tal-iskennjar
L-importatur jew il-manifattur tal-prodotti jrid jipprovdilek tagħmir biex tiskennjahom. Inti għandek tistaqsih għal aktar informazzjoni jekk ma jikkuntattjakx.
Ikkuntattja lit-TPU tat-Taqsima tas-Sisa
Indirizz tal-Email: [email protected]
Telefown: 23783200 / 23783201 / 23783202
Formola ta’ Kunsens
Talbiet għall-ID tal-Faċilità ta’ EO Pass pass V1.0
The form was submitted successfully!