L-Operazzjonijiet Doganali introduċew formoli elettroniċi sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjonijiet tal-utenti. Dawn eventwalment se jissostitwixxu l-proċessi manwali bbażati fuq il-karta.
L-utenti ta’ Nazzjonalità Maltija jridu jidħlu fil-pjattaforma tal-Formoli elettroniċi billi jużaw il-kont tal-e-ID tagħhom, filwaqt li l-utenti barranin iridu japplikaw għal kont permezz tal-pjattaforma tal-Formoli elettroniċi.
Kull applikazzjoni għandha l-linji gwida tagħha li huma maħsuba biex jgħinu fit-tħejjija u s-sottomissjoni ta’ kull formola.