Il-Kummissarju tat-Taxxa jinforza Mekkaniżmu ta’ Awtentikazzjoni b’Żewġ Fatturi għall-Prattikanti tat-Taxxa u l-utenti li jaġixxu f’isem l-Impjegaturi, il-Fornituri tad-Data u d-Detenturi tal-VAT. Minbarra l-isem tal-utent u l-password tal-kont tal-e-ID tagħhom, dawn l-utenti jkunu meħtieġa wkoll jipprovdu Verifika ta’ fażi oħra. L-utenti jistgħu jagħżlu bejn il-“Metodu 1” bl-użu ta’ App ta’ Awtentikatur fuq l-ismartphone tagħhom jew inkella bl-użu taċ-ċertifikat diġitali maħżun fuq il-Kard tal-e-ID tagħhom deskritt hawn taħt bħala l-“Metodu 2”.
The form was submitted successfully!