1) X’dokumenti għandi bżonn biex napplika għal rifużjoni?
Rifużjoni ta’ Konvenju: Ittra ta’ akkumpanjament li tenfasizza l-indirizz tal-kontribwenti, in-notifika tal-PoS, l-irċevuta u l-ftehim ta’ kanċellazzjoni.
Rifużjoni lix-Xerrejja għall-Ewwel Darba: Ittra ta’ akkumpanjament li tenfasizza l-indirizz tal-kontribwenti u kopja tal-att.
Rifużjoni lix-Xerrejja għat-Tieni Darba: Ittra ta’ akkumpanjament li tenfasizza l-indirizz tal-kontribwenti, kopja tal-att tal-bejgħ, kopja tal-att tal-akkwist u r-riċerki ta’ trasferimenti mill-età ta’ 16-il sena sad-data tal-aħħar kuntratt.
Rifużjoni lix-Xerrejja għat-Tieni Darba għall-persuni b’diżabilità: Ittra ta’ akkumpanjament li tenfasizza l-indirizz tal-kontribwenti, kopja tal-att tal-bejgħ, kopja tal-att tal-akkwist u r-riċerki ta’ trasferimenti mill-età ta’ 16-il sena sad-data tal-aħħar kuntratt. Prova li l-persuna b’diżabilità hija rreġistrata mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, prova li din il-persuna tibbenefika minn Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali għad-diżabilità u rapport minn Terapista Okkupazzjonali li l-ewwel residenza ma kinitx adegwata għall-ħtiġijiet ta’ din il-persuna.
Rifużjoni għal Residenza Unika: Ittra ta’ akkumpanjament li tenfasizza l-indirizz tal-kontribwenti, kopja tal-att tal-bejgħ tal-proprjetà ta’ qabel u l-att tal-akkwist tal-proprjetà l-ġdida.
Rifużjoni għal Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA): Ittra introduttorja li tenfasizza l-indirizz tal-kontribwenti, l-att tal-akkwist tal-proprjetà u ċertifikat ta’ UCA.
2) Fejn għandek tapplika għal rifużjoni?
L-applikazzjonijiet għal rifużjoni jistgħu jintbagħtu lill-: Capital Transfer Duty Department, 46, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Id-dipartiment joħroġ konferma lill-Kontribwent u jinkludi numru tal-fajl bħala referenza.
3) X’inhuma l-perjodi ta’ żmien indikattivi biex jinħarġu r-rifużjonijiet?
Rifużjoni ma ddumx aktar minn 3 xhur biex tiġi pproċessata.
4) Min jista’ japplika għal rifużjoni?
In-nutar jew il-Kontribwent jista’ japplika għar-rifużjoni.
5) Ir-rifużjoni tista’ tinħareġ f’isem in-Nutar?
Rifużjoni tista’ tinħareġ f’isem in-Nutar jekk il-Kontribwent jagħti awtorizzazzjoni bil-miktub.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.