Le, Skeda 8 mhix meħtieġa għall-arja. L-Iskeda 8 hija meħtieġa biss għal proprjetà residenzjali.
2) Kopja tal-Causa Mortis hija meħtieġa meta nippreżenta Bejgħ li ġej minn wirt?
Le, jekk il-kopja tal-Att ta’ Causa Mortis tkun diġà ġiet sottomessa, ma jkunx hemm għalfejn terġa’ tissottomettiha.
3) Għal Att ta’ Likwidazzjoni ta’ kumpanija li permezz tiegħu proprjetà immobbli tiġi ttrasferita lill-azzjonist tagħha, hija meħtieġa Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet meta jiġu sottomessi l-formoli tat-taxxa?
Jekk tinħareġ eżenzjoni sħiħa ta’ kwalunkwe tip mid-Dipartiment jew mill-Kummissarju tat-Taxxa rigward it-trasferiment, allura ma tkunx meħtieġa Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet.
4) Taċċettaw il-formoli tat-Trasferiment tal-Ishma jekk l-ebda waħda mill-formoli triplikati ma tkun “Oriġinali”?
Le, ma jkunux aċċettabbli.
5) Jekk tkun meħtieġa r-Regola 10 u l-Kontribwent li qed ibigħ ikollu l-arretrati x’jissalda qabel ma jsir l-att, l-arretrati jridu jiġu saldati fl-Uffiċċji tas-CTD?
L-arretrati indikati fuq ir-Regola 10 għandhom jitħallsu permezz ta’ Pagament Online fuq is-sit web tal-IRD fil-limitu ta’ żmien stipulat indikat fir-Regola 10.
6) Għandi bżonn Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet/Skeda 8 meta l-Gvern/entitajiet tal-Gvern ikunu involuti bħala waħda mill-partijiet?
Le, f’każijiet bħal dawn mhijiex meħtieġa.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.