Linji Gwida dwar it-Trattament tat-Taxxa tal-Imgħax minn Self
L-imgħax huwa taxxabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(c) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income. L-imgħax riċevut minn sorsi li jinsabu barra minn Malta huwa taxxabbli f’Malta u ma jibbenefikax minn eżenzjoni relatata mal-introjtu minn holdings parteċipanti skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jew skont kwalunkwe liġi oħra.
Hawnhekk qed jiġi ċċarat li l-introjtu minn self, inkluż self li għandu karatteristiċi kemm ta’ dejn kif ukoll ta’ ekwità eż. fejn is-sellief huwa intitolat għad-drittijiet tal-vot, għal profitti eċċ.) għandu jitqies bħala imgħax għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(c) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u ma jitqiesx bħala introjtu minn kapital azzjonarju jew minn parteċipazzjoni fl-ekwità għall-finijiet tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.