Gwida tat-Taxxa għal-Lokazzjoni Finanzjarja ta’ Inġenji tal-Ajru
Fejn l-arranġamenti ta’ lokazzjoni finanzjarja ta’ inġenji tal-ajru ma jaqgħux fl-ambitu tal-Avviż Legali 369 tal-2005, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa iddeċieda li f’tali każ speċjali ta’ lokazzjoni finanzjarja ta’ inġenji tal-ajru, għandu jiġi adottat it-trattament tat-taxxa li ġej għal kull sena sakemm iddum il-lokazzjoni finanzjarja:
il-lokatur jiġi intaxxat fuq l-imposta finanzjarja annwali, jiġifieri d-differenza bejn il-pagamenti totali tal-lokazzjoni nieqes l-element kapitali diviż bin-numru ta’ snin tal-lokazzjoni;
il-lokatarju huwa intitolat għal tnaqqis fir-rigward ta’ (i) l-imposta finanzjarja; (ii) manutenzjoni; (iii) tiswijiet; u (iv) assigurazzjoni;
il-lokatarju huwa intitolat għal allowances kapitali fir-rigward tal-inġenju tal-ajru u l-partijiet ma jistgħux jagħżlu li jitfgħu l-piż tat-tkagħbir fuq il-lokatur;
meta l-lokatarju jeżerċita opzjoni li jixtri l-inġenju tal-ajru meta tintemm il-lokazzjoni finanzjarja, u l-lokatur ma jkunx qed jinnegozja fix-xiri u l-bejgħ ta’ inġenji tal-ajru, il-prezz tax-xiri riċevut mill-lokatur għandu jitqies li jkun ta’ natura kapitali u l-lokatur m’għandu jħallas ebda taxxa fuqu.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.