Id-dikjarazzjoni annwali li trid tiġi sottomessa mid-detenturi ta’ permess ta’ residenza skont ir-Regolament 3(c) tar-Regolamenti tal-2004 dwar Skema għal Residenti u l-kundizzjoni (e) taċ-Ċertifikat tal-Permess ta’ Residenza relattiv, għandha ssir fuq il-formola disponibbli billi tikklikkja:
Il-paragrafu 2 tad-dikjarazzjoni annwali għas-sena bażi 2010 nbidel. Dan il-paragrafu ma kienx maħsub biex jirreferi għal xi forma ta’ investiment fi proprjetà f’Malta iżda għall-ammont tal-introjtu li jirriżulta minn Malta jew tal-kapital possedut. Għal din ir-raġuni l-kliem “u ma investejtx fi proprjetà immobbli f’Malta għall-bejgħ mill-ġdid jew għall-kiri għajr kif iddikjarat fil-paragrafu li ġej” tneħħa, u għandu jitqies li ma ffurmax parti mid-dikjarazzjoni annwali għall-2010.
The form was submitted successfully!