Il-Linji Gwida dwar it-Taxxa jispjegaw l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni mill-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana u l-mod kif id-Dipartiment japplika l-liġi fil-prattika. Huma ma jaffettwawx id-dritt ta’ kontribwent li jargumenta interpretazzjoni differenti, jekk ikun meħtieġ f’appell lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva jew lill-Qorti tal-Appell.
Il-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana għandu s-setgħa mill-Artikolu 6(4) tal-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana u mill-Artikolu 96(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income li joħroġ linji gwida, spjegazzjonijiet jew struzzjonijiet relatati mal-atti dwar id-dħul jew ma’ kwalunkwe Regolament maħruġ taħthom. Bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet dawn il-linji gwida, spjegazzjonijiet jew struzzjonijiet għandhom il-forza ta’ liġi.
Xi linji gwida importanti:
The form was submitted successfully!