Sottomissjoni tal-Iskedi skont ir-Regoli dwar Qligħ Kapitali
Meta jkun hemm trasferiment ta’ ishma ta’ kumpanija pubblika li l-ishma tagħha jkunu elenkati, ammessi, jew innegozjati fi kwalunkwe borża, suq regolat jew sistema multilaterali, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa ma jirrikjedix is-sottomissjoni ta’ kwalunkwe Skeda D, E jew F (jew xi rapport ta’ appoġġ jew valutazzjoni tal-ishma minn awditur) kif imsemmi rispettivament fir-Regoli 5(10), 5(14) u 5 A(5) tar-Regoli dwar Qligħ Kapitali.
Meta tali trasferiment ta’ ishma jkun taxxabbli f’Malta, it-trasferent ta’ tali ishma xorta jkun obbligat jiddikjara t-trasferiment fid-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għas-sena ta’ stima relattiva.
The form was submitted successfully!