Il-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana jinforma lill-kontribwenti (inklużi l-kumpaniji) li l-pagamenti dovuti għat-Taxxa fuq l-Income, FS5, il-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Klassi 2), il-VAT u l-Kontribuzzjoni EKO jistgħu jsiru bl-użu tal-Ibbankjar Elettroniku.
Biex tagħmel il-pagament, kulma għandek tagħmel huwa li tittajpja n-“Numru ta’ Referenzatal-Pagament” fit-taqsima xierqa tal-Ibbankjar Elettroniku u s-Servizzi 24x7 f’konformità mal-istruzzjonijiet speċifiċi tal-bank rispettiv tiegħek.
In-“Numru ta’ Referenza tal-Pagament” huwa stampat fuq il-kont jew ir-rendikont tat-taxxa jew id-Dikjarazzjoni tal-VAT. Inkella, in-“Numru ta’ Referenza tal-Pagament” jiġi pprovdut mis-sit web wara li tiġi sottomessa formola online.
Agħżel il-bank preferut tiegħek minn hawn taħt:
Pagamenti tat-Taxxa fuq l-Income, tal-VAT u tal-Kontribuzzjoni EKO