Pagamenti għall-Kummissarju tat-Taxxa u Dwana
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana bħalissa għaddej minn bidliet fil-proċess ta’ amalgamazzjoni tal-VAT u tat-Taxxa fuq l-Income. Uħud minn dawn il-bidliet qed isiru biex il-klijenti tagħna jkollhom aktar għażliet ta’ kif iħallsu. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana jinforma lill-pubbliku li l-pagamenti tat-taxxa għandhom isiru Onlajn (24X7) jew fi kwalunkwe Fergħa ta’ MaltaPost fi flus kontanti (sa €5,000) jew b’ċekk pagabbli lill-MTCA.
Pagamenti tat-Taxxa u tal-VAT Onlajn
Id-dokumenti kollha maħruġa mill-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana li jinkludu numru ta’ referenza tal-pagament jew riċevuta tal-pagament jistgħu jitħallsu onlajn u tinħareġ konferma awtomatika u immedjata. Il-portal onlajn mtejjeb il-ġdid jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ din il-link jew permezz ta’ servizz.gov.mt
Pagamenti tat-Taxxa fuq l-Income għand Malta Post
Il-pagamenti jiġu aċċettati fi kwalunkwe fergħa ta’ MaltaPost BISS meta jkunu akkumpanjati mid-dokumenti relattivi (li jinkludu r-referenza tal-pagament jew ir-riċevuta tal-pagament bil-barcode):
TA 22 u TA 24
Minn Settembru 2018:
Pagamenti tal-VAT għand Malta Post
Il-pagamenti jiġu aċċettati fi kwalunkwe fergħa ta’ Maltapost BISS meta jkunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:
Minn Settembru 2018:
Id-dokumenti li ġejjin ukoll jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe fergħa ta’ MaltaPost mingħajr ħlas:
Il-pagamenti kollha ta’ hawn taħt (il-punt 1 sal-punt 5) MA JIĠUX aċċettati minn Maltapost u jekk jitħallsu b’ċekk, dan għandu jsir pagabbli lil MTCA u jintbagħat lil Malta Post plc, PO BOX 2296, Triq Ħal Qormi, il-Marsa
Il-Kontribuzzjoni EKO (reġim antik fuq appliances iżda mhux fuq l-akkomodazzjoni)
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-kontribuzzjoni EKO mingħajr pagament, dawn jiġu aċċettati mill-front office ta’ MaltaPost iżda MA JIĠUX rikonoxxuti mal-counter. Dawn imbagħad jintbagħtu lill-back office ta’ Birkirkara fejn kemm l-oriġinali kif ukoll il-kopja jiġu ttimbrati u l-kopja tintbagħat lura lill-Kontribwent bil-posta.
Il-biċċa l-kbira tal-fergħat ta’ Malta Post huma miftuħa għall-pubbliku mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30 am u s-1.00 pm.
L-Uffiċċju tal-Flus fil-Blokka 5 ġewwa l-Furjana m’għadux jirċievi pagamenti.
Għal aktar dettalji, ikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana fuq: [email protected], jew ċempel 153 għaċ-ċittadini jew 144 għan-negozji.
The form was submitted successfully!