F’konformità mal-Att dwar Pensjonijiet tal-Irtirar (Kap. 514), skema tal-irtirar tfisser skema jew arranġament bl-gћan ewlieni li dan ikun qiegћed jipprovdi benefiċċji tal-irtirar. L-Artikolu 2 tal-Att dwar Pensjonijiet tal-Irtirar jiddefinixxi l-benefiċċji tal-irtirar bħala benefiċċji mħallsa b’referenza għal “meta persuna tirtira, jew tistenna li tasal biex tirtira jew, meta l-benefiċċji jkunu supplementari gћal dawk il-benefiċċji u jiġu provduti fuq bażi anċillari, fl-gћamla ta’ ћlasijiet meta tiġri xi mewt, diżabilità, jew terminazzjoni ta’ impjieg jew fl-gћamla ta’ ћlasijiet jew servizzi ta’ sostenn fil-każ ta’ mard, indiġenza jew mewt. Din id-definizzjoni speċifika tiżgura li r-rekwiżiti u l-obbligi huma ċari u dawk li jimmaniġġjaw l-Iskemi tal-Pensjonijiet tal-Irtirar huma konxji mir-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħhom.
Obbligu għas-Sottomissjoni tar-Rapport Annwali
Skont l-Artikolu 33 tal-Att dwar Pensjonijiet tal-Irtirar (Kap. 514), kull skema ta’ rtirar jew fond ta’ rtirar għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit kif stabbilit minn żmien għal żmien mill-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana. Dan ir-rekwiżit jiġi fil-forma ta’ obbligu li jiġi ppreżentat rapport annwali (Ritorn Globali) lill-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana sal-istess skadenza kif applikabbli għall-preżentazzjoni online tad-Dikjarazzjonijiet tat-Taxxa Individwali.
Il-Format Meħtieġ u s-Sottomissjoni tar-Rapport Annwali
L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta pproduċiet dokument li jipprovdi gwida dwar id-dettalji u l-format li għandhom jintużaw biex jiġi sottomess ir-rapport tal-Iskema tal-Pensjonijiet tal-Irtirar lill-istess Amministrazzjoni. Dan id-dokument ġie prodott biex jgħinek tibgħat id-data tiegħek online b’mod sħiħ u korrett.
Id-data tiegħek għandha timtela u tintbagħat lill-MTCA sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza speċifikata għas-sottomissjoni tad-Dikjarazzjonijiet tat-Taxxa individwali online, li normalment tkun il-31 ta’ Lulju wara s-sena li għaliha jkun sar il-pagament.
Ikklikkja fuq il-link li ġejja biex taċċessa r-rapport sħiħ.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.