Is-Servizz tal-Kontribwenti Servizz.gov kiseb it-Tikketta tal-Kwalità.
It-Tikketta tal-Kwalità hija premju ta’ distinzjoni mogħti lil dipartimenti u entitajiet fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, li l-għoti tas-servizz tagħhom lill-klijenti jilħaq dawk l-istandards ta’ servizz definiti permezz tal-4 Pilastri (vuċi u fehim tal-klijent, disinn u implimentazzjoni ta’ politiki u servizzi li jissodisfaw l-aspettattiva tal-klijent, għoti ta’ servizz ta’ kwalità u responsabbiltà, fejn in-nies isiru parti mill-eċċellenza tas-servizz ipprovdut), il-5 Determinanti tas-Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabbiltà, Risponsività, Empatija, Assigurazzjoni u Affarijiet Tanġibbli), id-Direttiva 4-2 u kwalunkwe direttiva jew politika oħra li tistabbilixxi standards ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.
Il-verżjoni bl-Ingliż tal-Karta tas-Servizz ta’ Kwalità għall-Kontribwenti ta’ Servizz.gov tista’ titniżżel minn hawn, u l-verżjoni Maltija tista’ titniżżel minn hawn .
Bil-kisba tat-Tikketta tal-Kwalità, is-Servizz tal-Kontribwenti Servizz.gov qed jimpenja ruħu li jiżgura monitoraġġ kontinwu tal-istandards bil-għan li tinżamm it-Tikketta tal-Kwalità.
Iktar informazzjoni dwar it-Tikketta tal-Kwalità tista’ tiġi aċċessata minn hawn.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.