Rapport ta’ Kont tat-Tfaddil Individwali Obbligu għas-Sottomissjoni tar-Rapport Annwali Skont ir-regola 5 tar-Regoli dwar il-Kont ta’ Tifdil tal-Individwu (L.S. 123.164), kull pagatur tal-introjtu mill-investiment li jirriżulta minn kont ta’ tifdil tal-individwu (ISA) għandu l-obbligu li jissottometti rapport annwali lill-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara li għaliha tkun saret id-dikjarazzjoni. Il-Format Meħtieġ u s-Sottomissjoni tar-Rapport Annwali L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta pproduċiet dokument li jipprovdi gwida dwar id-dettalji u l-format li għandhom jintużaw biex jiġi sottomess ir-rapport tal-Kont ta’ Tifdil tal-Individwu lill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta. Id-data tiegħek għandha timtela u tintbagħat lill-MTCA sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar wara s-sena li għaliha jkun sar il-pagament. Ikklikkja fuq il-link li ġejja biex taċċessa r-rapport sħiħ. |
The form was submitted successfully!