Sfond
L-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001 u t-tkabbir tal-kummerċ globali wasslu biex l-Amministrazzjoni Doganali tiffoka fuq it-theddid għas-sigurtà li qed jiżdied, milli fuq il-kompitu tradizzjonali tal-ġbir tad-dazji doganali. F’dan ir-rigward, id-WCO fformulat sett ta’ miżuri biex tiżgura fluss kostanti fil-katina ta’ provvista. L-iżvantaġġ ta’ dan kien li dawn il-miżuri kienu se jnaqqsu l-fluss tat-traffiku minħabba kontrolli doganali. F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea fasslet il-kunċett ta’ AEO biex timminimizza l-impatt tal-kontrolli l-ġodda. L-intenzjoni hija li l-AEOs jingħataw benefiċċji li jnaqqsu l-impatt tal-miżuri l-ġodda tas-sigurtà meta mqabbla ma’ negozji oħra mhux approvati mill-AEO.
X’inhu AEO?
Status ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) huwa standard maħruġ minn Amministrazzjoni Doganali. Il-ħruġ ta’ waħda miż-żewġ awtorizzazzjonijiet ifisser li attur fil-katina tal-provvista ssodisfa ċerti kriterji fir-rigward ta’ sistemi tal-ġestjoni, konformità mar-regoli doganali u solvenza kontinwa, li huwa kompetenti u li huwa sikur u sigur. Awtorizzazzjoni tal-AEO maħruġa minn kwalunkwe Amministrazzjoni Doganali tal-Istati Membri hija rikonoxxuta fl-UE kollha. Attwalment, iċ-ċertifikati tal-AEOs huma rikonoxxuti wkoll mill-Ġappun u mill-Istati Uniti tal-Amerka.
Tipi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-AEO
Hemm żewġ tipi t’awtorizzazzjonijiet:
Għall-kuntrarju tal-AEOC, l-AEOS mhumiex meħtieġa li jkollhom sistema loġika li tiddistingwi bejn merkanzija tal-Unjoni u merkanzija mhux tal-Unjoni fir-rekords tagħhom.
Operatur ekonomiku jista’ jkollu ż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjonijiet, f’liema każ l-operatur irid jissodisfa l-kriterji kemm għall-AEOC kif ukoll għall-AEOS u jirċievi l-benefiċċji relatati mat-tnejn. Skont l-Artikolu 33 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-KDU *KDU 1A), meta applikant ikun intitolat li jingħata kemm awtorizzazzjoni tal-AEOC kif ukoll dik tal-AEOS, l-awtorità doganali kompetenti għandha toħroġ awtorizzazzjoni kombinata waħda. Għal ġestjoni elettronika aħjar tal-awtorizzazzjoni tal-AEOC u tal-AEOS miżmuma fl-istess ħin, skont l-Artikolu 16 (1) tal-KDU, l-istruttura ta’ numru tal-AEO uniku bħalissa hija l-kodiċi tal-pajjiż segwit mill-ittri AEOF u n-numru tal-awtorizzazzjoni nazzjonali.
M’hemm l-ebda ħlas għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet jew għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet.
Benefiċċji tal-AEO
AEOC jista’ jibbenefika minn;
AEOS jista’ jibbenefika minn
Kemm l-AEOC kif ukoll l-AEOS jibbenefikaw minn;
Bħala konsegwenza taż-żieda fl-istandards tas-sikurezza u s-sigurtà tagħhom, in-negozjanti jistgħu jibbenefikaw ukoll minn dan li ġej:
Min jista’ japplika għall-istatus ta’ AEO?
((Artikolu 38 (1) tal-KDU). L-applikazzjoni għall-istatus ta’ AEO hija miftuħa għall-operaturi ekonomiċi kollha stabbiliti fi ħdan it-territorju doganali tal-UE u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39. L-Artikolu 5 (5) tal-KDU jiddeskrivi operatur ekonomiku bħala “persuna li, matul l-attività tan-negozju tagħha, tkun involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali”.
Skont l-Artikolu 5 (4) tal-KDU, id-definizzjoni ta’ ‘persuna’ hija:
Kull min iwettaq attivitajiet relatati mad-dwana fl-UE jista’ japplika għall-istatus ta’ AEO, irrispettivament mid-daqs tan-negozju tiegħu. Dawn jinkludu fost l-oħrajn manifatturi, importaturi, esportaturi, sensara, trasportaturi, konsolidaturi, intermedjarji, portijiet, ajruporti, operaturi tat-terminals, operaturi integrati, imħażen u distributuri.
Il-kategoriji ta’ negozjanti li ġejjin jistgħu japplikaw:
Abbażi tad-definizzjoni fejn operatur ekonomiku għandu jkun involut f’attività ekonomika koperta mil-leġiżlazzjoni doganali, dan li ġej ma jkunx jista’ japplika;
Min-naħa l-oħra, manifattur li jipproduċi oġġetti li għandhom jiġu esportati jista’ japplika għal awtorizzazzjoni tal-AEO anki jekk il-formalitajiet tal-esportazzjoni jitwettqu minn persuna oħra.
Għal spjegazzjonijiet aktar fid-dettall dwar dan ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Linji Gwida tal-AEO.
Negozji Maltin bi status ta’ AEO
Magħrufa internazzjonalment bħala marka ta’ kwalità, hawn taħt hawn lista ta’ negozji Maltin bi status ta’ AEO.
SMEs
Ir-regolament li jintroduċi l-programm tal-AEO jiddikjara li “l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju”.
Il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-awtorizzazzjoni tal-AEO rilevanti għal kull kategorija ta’ negozju se japplikaw għan-negozji kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Madankollu, il-mezzi biex tinkiseb il-konformità se jvarjaw u se jkunu direttament relatati mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju, it-tip ta’ oġġetti mmaniġġjati, eċċ.
Kif tapplika għall-istatus ta’ AEO
Huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-punt ta’ kuntatt Nazzjonali tal-AEO tad-Dipartiment Doganali ta’ Malta, is-Sa Ingrid Vella, fuq l-email: [email protected] għal aktar informazzjoni.
Grazzi tal-kooperazzjoni u l-assistenza tiegħek
Ikkuntattja
Unità tal-Ipproċessar Doganali tal-AEO
email: [email protected]
The form was submitted successfully!