Assistenza Reċiproka fl-Irkupru tat-Taxxi
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ infurzar transfruntier li jippermetti lill-Istati Membri jiddependu fuq l-awtoritajiet u l-għodod ta’ infurzar ta’ xulxin biex jirkupraw id-djun pubbliċi. Dan jissimplifika l-ġbir, jevita d-duplikazzjoni, u jiżgura li d-djun jiġu infurzati anki jekk id-debituri ma jkunux residenti fil-ġuriżdizzjoni taxxabbli tagħhom. Barra minn hekk, din l-Assistenza Reċiproka fl-Irkupru tat-Taxxi għandha ambitu wiesa’, peress li tkopri talbiet relatati mal-VAT, it-taxxa fuq l-income, id-dwana, id-dazji tas-sisa u talbiet simili oħra tal-liġi pubblika.
Malta implimentat Ordni dwar “l-Assistenza Reċiproka għall-Irkupru ta’ Talbiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Taxxi, Dazji u Miżuri oħra” permezz ta’ A.L. Nru 153 tal-2012. Din tissostitwixxi ‘L-Implimentazzjoni tad-Direttiva 76/308/KEE (Assistenza Reċiproka għall-Irkupru ta’ Talbiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Taxxi, Dazji u Miżuri oħra)’ li kienet saret effettiva fl-2004.
The form was submitted successfully!