Kif Tirreġistra għas-“Servizzi Onlajn tal-MTCA”
Il-benefiċċji tas-servizzi tal-internet ta’ MTCA Secure huma:
Preċiżjoni – Serje ta’ verifiki u twissijiet jagħtuk parir biex tirranġa kwalunkwe żball li jista’ jwassal biex id-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħek ma tkunx korretta. Dawn jinkludu validazzjonijiet b’informazzjoni fis-sistemi tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana pprovduti mill-pagaturi tiegħek bħall-impjegatur tiegħek jew il-fornituri tal-pensjoni tiegħek.
Effiċjenza – Meta tissottometti d-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-income tiegħek fuq l-Internet, l-MTCA tikkalkula t-taxxa fuq l-ammonti li tkun daħħalt fid-dikjarazzjoni tat-taxxa onlajn. Inti tkun tista’ tħallas kwalunkwe bilanċ pendenti onlajn permezz tal-e-PG jew l-Internet Banking u d-dikjarazzjoni tiegħek tiġi rikonoxxuta onlajn hekk kif tikkonfermaha. L-informazzjoni tiġi pproċessata awtomatikament mingħajr ebda intervent mill-utent.
Iffrankar – Se tiffranka l-ħin, peress li ma jkollokx għalfejn tibqa’ toqgħod fil-kju fid-dipartiment biex tissottometti d-dikjarazzjoni tiegħek jew biex tħallas kwalunkwe taxxa dovuta. It-tieni, se tnaqqas l-użu tal-karta – ma tibqax aktar meħtieġ tibgħat kopji stampati tad-dikjarazzjoni tat-taxxa u tad-dokumenti relatati.
1. Irreġistra mal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana
Ir-reġistrazzjoni ssir billi timla l-formola/i rilevanti tal-MTCA (irreferi għall-Formoli tas-Servizzi onlajn tal-MTCA fil-menu tas-servizzi elettroniċi hawn). Il-formola/i mimlija u ffirmata/i għandha/għandhom tintbagħat/jintbagħtu bl-email lil: [email protected]
3. L-utent jista’ jaċċessa s-servizzi onlajn tal-MTCA disponibbli fuq mtca.gov.mt permezz tal-Card Reader tal-e-ID u/jew Metodu ta’ Awtentikazzjoni b’Żewġ Fatturi:
b. B’Referenza għall-Metodu ta’ Awtentikazzjoni b’Żewġ Fatturi, l-utenti għandhom jirreferu għall-Gwida għall-Utenti
4. Issottometti d-Data
Manwali:
The form was submitted successfully!