Politika dwar il-Privatezza
Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex volontarjament.
Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap 586), għandna obbligu legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek. Għalhekk, aħna nippruvaw nipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat u l-kondiviżjoni ta’ dik id-data personali, miġbura mingħandek bħala viżitatur, jew utent, ma’ kwalunkwe parti terza, sakemm ma jingħatax il-kunsens espliċitu tiegħek bil-miktub, sakemm ma rridux nagħmlu dan, kif awtorizzat, jew obbligat, bil-liġi.
Din il-politika hija viżibbli u aċċessibbli, permezz ta’ link, mill-footer, fuq kull paġna ta’ dan is-sit web.
Kif nipproċessaw id-data personali?
1) Formoli elettroniċi
Aħna nistgħu niġbru data personali, li inti ssottomettejt b’mod volontarju, fuq formoli permezz ta’ dan is-sit web, kif ġej:
2) Indirizz tal-IP u post
Is-server tal-web jirreġistra l-indirizzi tal-IP u l-post tal-kompjuter tiegħek fuq l-Internet, għal skopijiet ta’ amministrazzjoni tas-sistemi u ta’ soluzzjoni ta’ problemi. Aħna ma nużawx din id-data biex nintraċċaw is-sessjoni tal-brawżing tiegħek, jew l-imġiba tiegħek, fuq is-sit tagħna.
3) e-ID
Tista’ wkoll tawtentika l-login tiegħek, permezz ta’ faċilitajiet ipprovduti minn entitajiet oħra tal-gvern, billi tuża l-kont tal-eID tiegħek. F’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali tal-awtentikazzjoni se jkunu limitati għal dik is-sessjoni partikolari, permezz tal-brawżer tal-web tiegħek.
4) Ikkuntattjana/Feedback
Meta jużaw il-formoli online ta’ dan is-sit web, is-suġġetti tad-data jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, sabiex inkunu nistgħu nerġgħu nikkuntattjawhom, biex nassistu. L-informazzjoni kollha u kwalunkwe data personali li tista’ tiddeċiedi li tipprovdilna, volontarjament, fil-formola Ikkuntattjana/Feedback, għandhom jiġu pproċessati biss għall-iskop strett li nwieġbu għall-mistoqsija tiegħek.
5) Cookies
Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-sit jittrasferixxi fuq il-hard drive tal-kompjuter tiegħek, meta żżur dan is-sit web. Dan juża l-cookies b’mod limitat. Konsegwentement, għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri, jaf tkun tixtieq iżżur il-Politika tal-Cookies tagħna għal aktar dettalji.
Id-Drittijiet Tiegħek
Bħala suġġett tad-data, tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li taċċessa d-data li naħżnu dwarek; għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet, fir-rigward ta’ din id-data, jekk hemm xi data miżmuma mill-MTCA, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, permezz tal-kont tal-email iddedikat, elenkat f’din il-paġna web.
Għalkemm se jsiru l-isforzi raġonevoli kollha biex id-data tiegħek tkun aġġornata u korretta, inti legalment obbligat li tinforma lill-MTCA bi kwalunkwe bidla, inkluż, iżda mhux limitat għal informazzjoni li taffettwa kif aħna nistgħu nikkuntattjawk. Jekk temmen li l-informazzjoni li naħżnu dwarek mhijiex preċiża, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, għar-rettifika ta’ dik id-data. Inti għandek ukoll id-dritt li titlob is-sospensjoni tal-ipproċessar ta’ dik id-data, sakemm tiġi kkoreġuta.
Għal kwalunkwe mistoqsija relatata mal-privatezza tad-data, il-Kontrollur tad-Data tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta jista’ jiġi kkuntattjat:
(a) Bil-posta, lill-Kontrollur tad-Data, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana, Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana, FRN 0170.
(b) Bil-posta, lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana, Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana, FRN 0170.
Bl-email: [email protett]
Jekk ma tkunx sodisfatt/a bir-riżultat tat-talba għall-aċċess għas-suġġett tiegħek, tista’ tressaq ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma kif ġej:
Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
Sular 2, Airways House,
Triq il-Kbira,
Tas-Sliema. SLM 1549
Web: www.idpc.org.mt
Email: [email protett]
Biex nipprovdulek servizz aħjar, is-sit web tagħna jista’ jikkollegak, permezz ta’ numru ta’ links esterni, ma’ organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħra. Ladarba tkun konness ma’ siti web oħra bħal dawn, inti mhux se tibqa’ soġġett għal din il-politika, iżda għall-politika tal-privatezza tas-siti web rispettivi.
Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura trażmissjoni sigura tad-data personali tiegħek. Għandek tkun tista’ tara s-simbolu tal-katnazz fl-istatus bar tal-qasam tal-indirizz tal-brawżer. L-indirizz tal-url jibda wkoll b’https:// li jindika paġna tal-web sigura. L-SSL japplika kriptaġġ bejn żewġ punti, bħall-kompjuter tiegħek u s-server ta’ konnessjoni. Kwalunkwe data trażmessa matul is-sessjoni tiġi kriptata, jew scrambled u mbagħad dekriptata jew unscrambled, fin-naħa riċeventi. Dan jaċċerta li d-data ma tkunx tista’ tinqara waqt it-trażmissjoni.
Din il-politika tal-privatezza tiġi aġġornata minn żmien għal żmien, biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-liġi jew fil-politika. Verżjoni aġġornata tittrażmetti kwalunkwe bidla bħal din. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna tal-“Politika tal-Privatezza”, kull darba li żżur is-sit web tagħna u tinforma ruħek bi kwalunkwe bidla li setgħet seħħet.
Aħna nilqgħu kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok, dak li jista’ jikkontribwixxi għal kwalità aħjar tas-servizz li noffru.
The form was submitted successfully!