Issottometti u Ħallas Online l-VAT u l-Kontribuzzjoni ECO tiegħek fuq l-Akkomodazzjoni
Il-pagamenti jistgħu jsiru permezz tal-Ibbankjar Elettroniku jew permezz tal-Government Payment Gateway (GPG). Is-servizz Online jipprovdi numru uniku ta’ referenza tal-pagament għal kull dikjarazzjoni li għandha titħallas permezz tal-Ibbankjar Elettroniku. Għandek bżonn l-e-ID biex tissottometti u tħallas id-dikjarazzjonijiet tal-VAT/ECO.
Is-sottomissjoni elettronika tagħtik sa sebat ijiem kalendarji żejda biex tħallas il-VAT tiegħek.
Il-linji gwida dwar kif tissottometti u tħallas id-dikjarazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minnhawn.
Servizzi Personali
Servizzi marbuta direttament mal-kontribwent Login tal-e-ID bażiku (username u passwordtal-e-ID)
Servizzi delegati minn kontribwenti oħra Idħol billi tuża l-username u l-password tal-e-ID tiegħek u jew app fuq il-mobile tiegħek jew iċ-ċertifikat diġitali fuq il-Karta tal-Identità tiegħek (se jkollok bżonn readertal-karta).
Jekk jogħġbok irreferi għal din il- gwidagħal aktar informazzjoni u gwida.