Uffiċċju
tal-Kontribwenti Kbar
L-Uffiċċju tal-Kontribwenti Kbar (Large
Taxpayer Office – LTO) iservi bħala punt uniku ta’ servizz apposta għal
kontribwenti kbar u individwi b’valur nett għoli, filwaqt li jiżgura servizzi
simplifikati u appoġġ imfassal apposta. Bħala taqsima kritika
tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta (MTCA), l-LTO għandu
r-responsabbiltà li jiffaċilita l-konformità, jipproċessa l-pagamenti, jagħmel
awditi, u jwettaq attivitajiet ta’ verifika għall-klijenti tiegħu.
L-LTO jagħti wkoll attenzjoni
personalizzata lill-klijenti biex jissodisfa l-ħtiġijiet uniċi ta’ kontribwenti
kbar u individwi b’valur nett għoli. Filwaqt li jaġixxi bħala l-ewwel punt ta’
kuntatt bejn dawn il-kontribwenti u direttorati oħra fi ħdan l-MTCA, l-LTO
għandu rwol ċentrali fit-trawwim ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni
effiċjenti bejn id-dipartimenti.
L-LTO huwa magħmul minn tim
speċjalizzat, inkluż Direttur u uffiċjali tal-każ iddedikati li jimmonitorjaw
il-konformità u l-pagamenti. L-uffiċċju jospita wkoll Unità tal-Awditjar u
l-Verifika, li tiżgura konformità mar-regolamenti tat-taxxa, u Unità tal-Kura
tal-Klijenti ffukata fuq l-għoti ta’ servizz eċċezzjonali lill-klijentela
tagħha.
Il-missjoni tagħna hija li noffru
soluzzjonijiet tat-taxxa komprensivi, affidabbli u effiċjenti filwaqt li nżommu
sħubija b’saħħitha ma’ kontribwenti kbar u ma’ Individwi b’Valur Nett Għoli
(High Net Worth Individuals – HNWI).
The form was submitted successfully!