Microsoft Edge
Pass 1: Ikklikkja fuq il-buttuna More (imdawra bl-aħmar fil-Figura 4) u mbagħad fuq Settings.
Nota: Inkella tista’ tagħfas Ctrl, Shift u Delete biex taċċessaha direttament.
Pass 2: Mill-menu sussegwenti, agħżel Clear Browsing Data.
Pass 3: Mill-iskrin sussegwenti, agħżel l-għażliet ta’ taħt u kklikkja fuq Clear.
Pass 4: Ladarba tkun lestejt il-proċess, agħlaq is-sessjoni attwali billi tagħlaq il-brawżer. Issa tista’ terġa’ tiftaħ il-brawżer u tkompli bl-ibbrawżjar tiegħek.
Google Chrome
Pass 1: Ikklikkja fuq il-buttuna Tool-tip (imdawra bl-aħmar fil-Figura 6) fir-rokna ta’ fuq tal-lemin, agħżel More Tools u kklikkja fuq Clear Browsing Data.
Pass 2: Neħħi l-għażliet kollha ħlief Cached Images and files u Cookies and Other Site and Plugin Data. Agħżel The Beginning of Time mill-menu li jinżel.
Pass 3: Ladarba tkun lestejt il-proċess, agħlaq is-sessjoni attwali billi tagħlaq il-brawżer. Issa tista’ terġa’ tiftaħ il-brawżer u tkompli bl-ibbrawżjar tiegħek.
Mozilla Firefox
Pass 1: Ikklikkja fuq il-buttuna
fir-rokna tal-lemin ta’ fuq u mbagħad ikklikkja fuq Options.
Pass 2: Ikklikkja fuq Advanced mill-istrixxa tal-ġenb fuq il-Menu tax-xellug u mbagħad ikklikkja fuq it-tab tan-Network
Pass 3: Ikklikkja Clear Now taħt Cached Web Content.
Inkella tista’ tagħfas il-buttuni Ctrl, Shift u Delete flimkien fuq it-tastiera tiegħek, agħżel l-opzjonijiet sussegwenti u kklikkja fuq Clear Now. Ladarba tkun lestejt il-proċess, agħlaq is-sessjoni attwali billi tagħlaq il-brawżer. Issa tista’ terġa’ tiftaħ il-brawżer u tkompli bl-ibbrawżjar tiegħek.
Safari
Pass 1: Ikklikkja fuq Safari mir-rokna ta’ fuq tax-xellug u kklikkja fuq Preferences.
Pass 2: Ikklikkja fuq it-tab tal-Privacy u mbagħad agħżel Manage Website Data...
The form was submitted successfully!