Xi Jfisser il-Brexit għan-Negozju Tiegħi?
Ir-Renju Unit huwa mistenni li joħroġ mill-UE u mill-Unjoni Doganali. L-UE u r-Renju Unit bħalissa qed jinnegozjaw ftehim kummerċjali, madankollu n-negozju u l-persunal tiegħek għandhom ikunu ppreparati. Ladarba jkollna aktar informazzjoni dwar dan, aħna se nagħmluha disponibbli fuq is-sit web tagħna.
Meta r-Renju Unit se joħroġ mill-UE se jiġi ttrattat bħala pajjiż terz u għalhekk se japplikaw regolamenti doganali differenti.
Jekk l-attività tiegħek tinvolvi l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ prodott minn u lejn ir-Renju Unit se jkollok tiddikjara din il-merkanzija. Dan japplika wkoll jekk inti tittrasporta l-imsemmija merkanzija mill-UE. Il-merkanzija soġġetta għas-sisa se tiġi affettwata wkoll. Mhux biss se jkollok tieħu ħsieb il-proċeduri tal-EMCS, iżda se jkollok tippreżenta wkoll dikjarazzjoni tal-importazzjoni/esportazzjoni.
Qed nisperaw għall-aħjar, iżda għandna nkunu ppreparati għall-agħar xenarju. Allura sakemm jintlaħaq ftehim, inti ġentilment mitlub tiffamiljarizza ruħek mal-proċeduri tad-dikjarazzjoni peress li l-attivitajiet kummerċjali kollha mar-Renju Unit se jkollhom jiġu ddikjarati lid-Dwana.
Tista’ tibagħtilna email fuq [email protected].
Links utli oħra
The form was submitted successfully!