Skont l-istrateġija tad-Dipartiment tad-Dwana dwar il-ħtieġa li tittejjeb l-esperjenza tal-klijenti u skont l-inizjattivi ppjanati bi tħejjija għall-Brexit, is-servizzi tal-kura tal-klijenti tad-Dipartiment se jiġu inklużi fl-inizjattiva one-stop-shop ta’ Business 1st ta’ Malta Enterprise.
Għal din ir-raġuni, mill-ġimgħa d-dieħla, jiġifieri, il-Ħamis, l-14 ta’ Marzu 2019, uffiċjal tad-Dwana mit-Taqsima tal-Proċeduri Ekonomiċi Doganali, se jkun qed jirrapporta għax-xogħol fil-bini ta’ Business 1st fl-Imrieħel, darba fil-ġimgħa, biex jgħin lill-komunità tan-negozju fil-mistoqsijiet tagħha.
Id-Dipartiment tad-Dwana huwa impenjat li juża approċċ li jpoġġi l-fehim tal-klijenti fil-qalba tal-inizjattivi tiegħu u li jipprova b’mod proattiv itejjeb is-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati. Dan ifisser li d-Dipartiment se jżomm id-dedikazzjoni tiegħu biex itejjeb is-servizz ta’ kwalità.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.