Mit-30 ta’ Marzu 2019, 00:00h Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET), ir-Renju Unit se jsir “pajjiż terz”, jiġifieri; pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea, u bħala tali l-importazzjonijiet kollha minn, u l-esportazzjonijiet lejn, ir-Renju Unit se jkollhom bżonn ikunu koperti minn dikjarazzjoni Doganali fis-sistemi elettroniċi.
F’dan ir-rigward, id-Dipartiment tad-Dwana qed jappella lil dawk l-operaturi ekonomiċi li jew jinnegozjaw biss mar-Renju Unit, jew li jinnegozjaw esklussivament mar-Renju Unit u mal-Unjoni Ewropea, biex:
L-applikazzjonijiet għandhom jaslu sat-18 ta’ Frar 2019.
Dawk l-operaturi ekonomiċi li beħsiebhom jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Sensara Personalizzati biex jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx għal dan it-taħriġ. Sussegwentement, it-Taqsima tat-Taħriġ Doganali se tinforma lill-applikanti bid-dati li fihom se jsiru l-korsijiet.
Formola Nazzjonali tal-Importazzjoni
Formola Nazzjonali tal-Esportazzjoni
The form was submitted successfully!