Reġistrazzjoni ta’ Sħubija għal Skopijiet ta’ Taxxa fuq l-Income
Il-persuni li jeħtieġu jirreġistraw sħubija għal skopijiet tat-Taxxa fuq l-Income huma meħtieġa jimlew formola għar-Reġistrazzjoni ta’ Sħubija.
Minbarra li tintuża għar-reġistrazzjonijiet, il-formola sservi wkoll biex wieħed jagħżel jekk l-imsieħba jiġux intaxxati separatament jew inkella ttrattati bħala kumpanija. Meta sħubija tiġi rreġistrata mal-MTCA għat-taxxa fuq l-income, l-MTCA toħroġ Numru tat-Taxxa li jibda b’95****** (jekk tagħżel li tiġi intaxxat separatament) jew b’97******* (jekk tagħżel li tiġi ttrattat bħala kumpanija).
Jekk is-sħubijiet għandhomx jirreġistraw mal-MFSA jew le hija xi ħaġa li l-applikant għandu jiddiskuti mal-MFSA.
L-applikant irid jissottometti d-dokumentazzjoni li ġejja:
- kopja taċ-ċertifikat ta’ sħubija tal-MFSA (fejn applikabbli);
- kopja tal-ftehim magħmul bejn l-imsieħba kkonċernati; u
- ittra li tinnomina min hija/huma l-persuna/i ta’ kuntatt u l-indirizz irreġistrat tas-sħubija.
The form was submitted successfully!