L-Onorarji tad-Diretturi – Diretturi Mhux Residenti
L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa rċieva għadd ta’ mistoqsijiet dwar ċirkostanzi fejn diretturi mhux residenti jirċievu onorarji tad-diretturi minn kumpaniji residenti f’Malta. L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa jixtieq jiċċara li l-onorarji tad-diretturi huma meqjusa bħala income li joriġina minn fejn il-kumpanija tkun residenti, jiġifieri fejn il-kumpanija jkollha l-immaniġjar u l-kontroll tagħha.
The form was submitted successfully!