Kjarifika dwar il-Preżunzjoni tat-Tnaqqis – l-Artikolu 38, ATI
a. Meta pagatur li jkun responsabbli milli jagħmel, jew li jagħmel, pagament ta’ income minn investiment li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(a)(iv)(1) ma jkunx persuna residenti f’Malta, u l-offerta pubblika rilevanti ma tkunx saret f’borża li tinsab f’Malta, allura ma jistax ikun raġonevolment mistenni li tali pagatur ikun konxju mill-imsemmija Dispożizzjonijiet dwar l-Income minn Investiment u ma jkunx mistenni li jagħmel tnaqqis skont l-Artikolu 33 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fir-rigward ta’ tali income minn investiment. Għaldaqstant, il-preżunzjoni li tikkonċerna t-tnaqqis li kellu jsir skont l-Artikolu 38 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income ma tapplikax.
b. Meta pagatur li jkun responsabbli milli jagħmel, jew li jagħmel, pagament ta’ income minn investiment li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(a)(iv)(1) ikun residenti f’Malta, iżda ma kienx hekk residenti fiż-żmien meta saret l-offerta pubblika rilevanti, u tali offerta pubblika ma tkunx saret f’borża li tinsab f’Malta, allura l-imsemmi pagatur huwa mistenni li jieħu dawk il-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiddetermina jekk il-pagamenti ta’ tali income minn investiment isirux lir-riċevituri għall-finijiet tad-Dispożizzjonijiet dwar l-Income mill-Investiment. X’jikkostitwixxi miżura raġonevoli jiddependi miċ-ċirkostanzi tal-każ. Madankollu, huwa mistenni li pagatur ikun jista’ jipproduċi evidenza ta’ mill-inqas żewġ tentattivi biex jikkuntattja lill-persuni rilevanti sabiex jiddetermina jekk humiex riċevituri għall-finijiet tad-Dispożizzjonijiet dwar l-Income mill-Investiment. Meta tali miżuri ma jirnexxux, allura mhuwiex mistenni li l-pagatur jagħmel tnaqqis skont l-Artikolu 33 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fir-rigward ta’ tali income minn investiment. Għaldaqstant, il-preżunzjoni li tikkonċerna t-tnaqqis li kellu jsir skont l-Artikolu 38 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income ma tapplikax.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.