Proċeduri ta’ Ftehim Reċiproku
Kontribwent jista’ jikkunsidra li l-azzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni waħda jew it-tnejn li huma jirriżultaw jew se jirriżultaw għalih f’tassazzjoni mhux skont id-dispożizzjonijiet tat-trattat. Irrispettivament mir-rimedji pprovduti mil-liġi domestika tal-ġurisdizzjonijiet involuti, huwa jista’ jippreżenta l-każ tiegħu lil Awtorità Kompetenti nnominata ta’ waħda jew it-tnejn mill-ġurisdizzjonijiet.
L-Awtorità Kompetenti li tirċievi talba bħal din għandha tagħmel ħilitha, jekk l-oġġezzjoni tidher li hija ġġustifikata u jekk hija stess ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni sodisfaċenti, biex issolvi l-każ permezz ta’ ftehim reċiproku mal-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni l-oħra, bil-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni li ma tkunx skont il-Konvenzjoni.
Każ MAP huwa possibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-artiklu tal-MAP f’termini ta’:
Każ MAP huwa possibbli għal tilwim bilaterali u multilaterali u jista’ jittratta talbiet għal riżoluzzjoni ta’ diversi snin ta’ kwistjonijiet rikorrenti. Il- Linji Gwida dwar il-Proċedura ta’ Ftehim Reċiproku jipprovdu aktar dettalji dwar kif tali MAP tista’ tiġi pproċessata f’termini ta’ ftehim dwar it-tassazzjoni doppja u n-nota ta’ Gwida dwar ir-Regolamenti dwar il-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tipprovdi aktar dettalji dwar kif Ilment jista’ jiġi pproċessat f’termini ta’ Lment ippreżentat f’termini tal-Mekkaniżmu Ewropew għas-Soluzzjoni tat-Tilwim.
The form was submitted successfully!