Dettalji tal-Awtorità Kompetenti
Il-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana qed jinħatar rappreżentant awtorizzat tal-Ministru responsabbli għall-finanzi fir-rigward tad-dmirijiet tal-Awtorità Kompetenti għall-finijiet ta’:
Il-ħatra l-ġdida hija effettiva mill-1 ta’ Lulju 2024 u l-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana ddelega din il-funzjoni lill-Uffiċjal Prinċipali tat-Taxxa fi ħdan id-DĠ Affarijiet Legali, Tekniċi u Internazzjonali. Kwalunkwe komunikazzjoni dwar dan ta’ hawn fuq għandha tintbagħat fuq [email protected] jew fuq +356 2258 2264.
L-Awtorità Kompetenti għandha rwol ċentrali fil-proċedimenti MAP fis-sens li l-interazzjoni mal-kontropartijiet tal-Istati Kontraenti l-oħrajn hija meħtieġa li tagħmel ħilitha biex issolvi tali tilwim dwar it-taxxa bil-ħsieb li tirrestawra sitwazzjoni fejn it-trattament tat-taxxa applikabbli jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-trattat jew il-Konvenzjoni dwar it-taxxa applikabbli. Huwa pertinenti li wieħed jinnota li r-rwol tal-Awtorità Kompetenti jitwettaq b’mod indipendenti mill-funzjoni tal-awditjar fi ħdan l-MTCA.
The form was submitted successfully!