Deċiżjonijiet dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti Unilaterali
Deċiżjoni unilaterali dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti hija deċiżjoni maħruġa mill-Kummissarju li tiddetermina, qabel arranġament, sett xieraq ta’ kriterji għad-determinazzjoni tal-ipprezzar tat-trasferimenti għal dak l-arranġament. Il-kriterji msemmija jinkludu l-metodu użat biex jintlaħaq l-ipprezzar tat-trasferimenti, l-affarijiet komparabbli u l-aġġustamenti xierqa għalihom u suppożizzjonijiet kritiċi dwar avvenimenti futuri.
Għal iktar informazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ Deċiżjoni Unilaterali dwar l-Ipprezzar ta’ Trasferimenti, wieħed jista’ jirreferi għar- Regoli tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti li nħarġu.
The form was submitted successfully!