L-MTCA ma tibgħatx notifiki ta’ rifużjonijiet tat-taxxa permezz ta’ email, u lanqas ma titolbok taġġorna l-informazzjoni personali tiegħek.
Jekk tirċievi email li ma tindirizzakx b’ismek u kunjomok imbagħad titolbok tikklikkja fuq link u/jew tiżvela d-dettalji tiegħek, tista’ tkun qed tiżvela d-dettalji tiegħek lil xi sit web frodulenti.
Jekk irċevejt email mingħand l-IRD li taħseb li hija frodulenti, jekk jogħġbok ibgħatha lil [email protected] hawnhekk. Tittieħed azzjoni fuq kull rapport li jasal.
Software kontra Viruses
Kun żgur li kwalunkwe kompjuter ikollu software kontra l-viruses, u li dan jiġi aġġornat kontinwament biex jiċċekkja l-kontenut tal-fajls fuq il-kompjuter tiegħek mal-informazzjoni li għandu dwar il-viruses magħrufa.
Firewall personali u Network Sigur Bla Fili
Kun żgur li kwalunkwe kompjuter li jaqbad mal-Internet ikollu protezzjoni xierqa permezz ta’ firewall biex jimblokka kwalunkwe konnessjoni mhux awtorizzata li tkun qed issir.
Jekk qed tuża network bla fili, kun żgur li huwa sigur.
Software kontra l-ispyware
Kun żgur li l-kompjuter tiegħek għandu software kontra l-ispyware u li dan jiġi aġġornat kontinwament.
Aġġorna l-Brawżer tal-Web tiegħek
L-użu tal-aktar verżjoni aġġornata (mhux beta) tal-brawżer tal-web favorit tiegħek, għandu jnaqqas iċ-ċans tiegħek li tisfa vittma ta’ scams onlajn (magħrufa wkoll bħala phishing), għax jintwerew messaġġi li jwissu lill-utent.
Żomm is-software tiegħek aġġornat
Kun żgur li s-software fuq il-kompjuter tiegħek, b’mod partikolari s-sistema operattiva, ikun aġġornat. Ara li tniżżel u tinstalla l-aġġornamenti b’mod regolari.
Żomm il-password u d-dettalji tad-dħul tiegħek siguri
Żomm il-passwords u d-dettalji tad-dħul tiegħek siguri, filwaqt li tiżgura li tibdilhom b’mod regolari. Tiktibhomx, u tgħid lil ħadd x’inhuma, lanqas lill-persunal tal-MTCA.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.