Dawn huma biss xi wħud mill-miżuri li jieħu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni (IRD) biex jipproteġi lilek u d-data tiegħek.
Ċertifikati tas-Sigurtà
Kwalunkwe paġna tas-sit web tal-MTCA li fiha informazzjoni sensittiva hija protetta b’teknoloġija magħrufa bħala SSL (Secure Sockets Layer). Din tikkripta d-data li tibgħat lill-MTCA fuq l-Internet. Meta tidħol fis-Servizzi Online tal-MTCA inti dejjem tkun protett – u dan tkun tafu mill-katnazz li jidher fir-rokna t’isfel tal-lemin
tal-brawżer tal-Internet tiegħek.
Dħul sigur
Is-Servizzi Online tal-MTCA huma disponibbli biss għall-klijenti li jirreġistraw id-dettalji tagħhom bl-e-ID. Kull darba li tidħol, trid iddaħħal l-ID tal-Utent u l-Password tiegħek qabel ma tkun tista’ taċċessa s-servizzi tiegħek.
Ħin ta’ skadenza
Wara perjodu ta’ inattività fis-Servizzi Online tal-MTCA, inti awtomatikament tinħareġ ’il barra. Għalhekk jekk tinsa toħroġ mis-sistema, ħadd mhu se jkun jista’ jaċċessa s-servizzi tiegħek fl-assenza tiegħek. Sempliċement erġa’ idħol biex tkompli. Hija prattika tajba li dejjem toħroġ mis-sistema jekk tkun se tħalli l-kompjuter tiegħek waħdu biex tevita aċċess mhux awtorizzat. Meta finalment toħroġ mis-sit web tas-Servizzi Online tal-IRD, hija prattika tajba li tagħlaq il-brawżer tal-Internet tiegħek.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.